+Artikolu 7 Rekwiżiti tal-immarkar
---+Artikolu 7 1.
---+Artikolu 7 2.
---+Artikolu 7 3.
|
Artikolu 7 Rekwiżiti tal-immarkar
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 7 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull prodott tal-plastik li jintuża darba biss li huwa elenkat fil-Parti D tal-Anness li jitqiegħed fis-suq ikun immarkat b’mod li jidher, jinqara b’mod ċar u li ma jitħassarx fuq l-imballaġġ tiegħu jew fuq il-prodott innifsu sabiex il-konsumaturi jkunu mgħarrfa b’ dawn li ġejjin:
(a)
l-għażliet adatti ta’ ġestjoni tal-iskart għall-prodott jew il-mezzi għar-rimi tal-iskart li għandhom jiġu evitati għal dak il-prodott, skont il-ġerarkija tal-iskart; u
(b)
il-preżenza ta’ plastiks fil-prodott u l-impatt negattiv fuq l-ambjent li jirriżulta mir-rimi bl-addoċċ jew minn mezz ieħor inadegwat ta’ rimi tal-iskart tal-prodott.
L-ispeċifikazzjonijiet armonizzati ta’ mmarkar għandhom ikunu stabbiliti mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 2.
|
|
Artikolu 7 2.
|
Sat-3 ta’ Lulju 2020, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi speċifikazzjonijiet armonizzati għall-immarkar imsemmi fil-paragrafu 1 li:
(a)
jipprevedi li l-immarkar ta’ prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-punti (1), (2) u (3) tal-Parti D tal-Anness għandu jitqiegħed fuq l-imballaġġ tal-bejgħ u ta’ gruppi ta’ dawk il-prodotti. Fejn diversi unitajiet tal-bejgħ ikunu raggruppati fil-punt tax-xiri, kull unità tal-bejgħ għandu jkollha marka fuq l-imballaġġ tagħha. L-immarkar m’għandux ikun meħtieġ għall-imballaġġ b’erja tas-superfiċe ta’ inqas minn 10 cm2;
(b)
jipprevedi li l-immarkar ta’ prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-punt (4) tal-Parti D tal-Anness għandu jitqiegħed fuq il-prodott innifsu; u
(c)
jikkunsidra approċċi volontarji settorjali eżistenti u jagħti attenzjoni partikolari lill-ħtieġa li tiġi evitata informazzjoni li tqarraq bil-konsumaturi.
Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).
|
|
Artikolu 7 3.
|
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu li jikkonċernaw il-prodotti tat-tabakk huma b’żieda ma’ dawk stabbiliti fid-Direttiva 2014/40/UE.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0904
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|