|
+Artikolu 7 2. |
Artikolu 7 2.Sat-3 ta’ Lulju 2020, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi speċifikazzjonijiet armonizzati għall-immarkar imsemmi fil-paragrafu 1 li:
(a)
jipprevedi li l-immarkar ta’ prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-punti (1), (2) u (3) tal-Parti D tal-Anness għandu jitqiegħed fuq l-imballaġġ tal-bejgħ u ta’ gruppi ta’ dawk il-prodotti. Fejn diversi unitajiet tal-bejgħ ikunu raggruppati fil-punt tax-xiri, kull unità tal-bejgħ għandu jkollha marka fuq l-imballaġġ tagħha. L-immarkar m’għandux ikun meħtieġ għall-imballaġġ b’erja tas-superfiċe ta’ inqas minn 10 cm2;
(b)
jipprevedi li l-immarkar ta’ prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-punt (4) tal-Parti D tal-Anness għandu jitqiegħed fuq il-prodott innifsu; u
(c)
jikkunsidra approċċi volontarji settorjali eżistenti u jagħti attenzjoni partikolari lill-ħtieġa li tiġi evitata informazzjoni li tqarraq bil-konsumaturi. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 16(2). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|