+Artikolu 9 Ġbir separat
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.
|
Artikolu 9 Ġbir separat
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 9 1.
|
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw il-ġbir b’mod separat għar-riċiklaġġ:
(a)
sal-2025, ta’ ammont ta’ skart ta’ prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti F tal-Anness li jammonta għal 77 % ta’ tali prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss, imqiegħda fis-suq f’sena partikolari skont il-piż;
(b)
sal-2029, ta’ ammont ta’ skart ta’ prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti F tal-Anness li jammonta għal 90 % ta’ tali prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss, imqiegħda fis-suq f’sena partikolari skont il-piż.
Il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti F tal-Anness imqiegħda fis-suq fi Stat Membru jistgħu jitqiesu li jkunu daqs l-ammont ta’ skart iġġenerat minn tali prodotti, inklużi dak li jkun rimi bl-addoċċ, fl-istess sena f’dak l-Istat Membru. Sabiex jintlaħaq dak l-għan, l-Istati Membri jistgħu fost l-oħrajn:
(a)
jistabbilixxu skemi ta’ rimborż ta’ depożitu;
(b)
jistabbilixxu miri ta’ ġbir separat għal skemi rilevanti ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur.
L-ewwel subparagrafu għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-punt (a) tal-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 2008/98/KE.
|
|
Artikolu 9 2.
|
Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri dwar il-miżuri adatti biex jintlaħqu l-miri stabbiliti fil-paragrafu 1, fost l-oħrajn dwar skemi ta’ rimborż ta’ depożitu. Il-Kummissjoni għandha tagħmel ir-riżultati ta’ tali skambju ta’ informazzjoni u tal-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki disponibbli pubblikament.
|
|
Artikolu 9 3.
|
Sat-3 ta’ Lulju 2020, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-metodoloġija għall-kalkolu u l-verifika tal-miri ta’ ġbir separat stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0904
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|