|
+Artikolu 9 1. |
Artikolu 9 1.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw il-ġbir b’mod separat għar-riċiklaġġ:
(a)
sal-2025, ta’ ammont ta’ skart ta’ prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti F tal-Anness li jammonta għal 77 % ta’ tali prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss, imqiegħda fis-suq f’sena partikolari skont il-piż;
(b)
sal-2029, ta’ ammont ta’ skart ta’ prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti F tal-Anness li jammonta għal 90 % ta’ tali prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss, imqiegħda fis-suq f’sena partikolari skont il-piż. Il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti F tal-Anness imqiegħda fis-suq fi Stat Membru jistgħu jitqiesu li jkunu daqs l-ammont ta’ skart iġġenerat minn tali prodotti, inklużi dak li jkun rimi bl-addoċċ, fl-istess sena f’dak l-Istat Membru. Sabiex jintlaħaq dak l-għan, l-Istati Membri jistgħu fost l-oħrajn:
(a)
jistabbilixxu skemi ta’ rimborż ta’ depożitu;
(b)
jistabbilixxu miri ta’ ġbir separat għal skemi rilevanti ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur. L-ewwel subparagrafu għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-punt (a) tal-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 2008/98/KE. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|