+Artikolu 15 Evalwazzjoni u rieżami
---+Artikolu 15 1.
---+Artikolu 15 2.
---+Artikolu 15 3.
---+Artikolu 15 4.

Artikolu 15 Evalwazzjoni u rieżami

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 15 1.
Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ din id-Direttiva sat-3 ta’ Lulju 2027. L-evalwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-informazzjoni disponibbli skont l-Artikolu 13. L-Istati Membri għandhom jipprovdu kull informazzjoni addizzjonali meħtieġa lill-Kummissjoni għall-finijiet tal-evalwazzjoni u tat-tħejjija tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 15 2.
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar il-konklużjonijiet ewlenin tal-evalwazzjoni mwettqa skont il-paragrafu 1 lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġislattiva, jekk xieraq. Dik il-proposta għandha, jekk ikun xieraq, tistabbilixxi miri kwantitattivi vinkolanti ta’ tnaqqis tal-konsum u tistabbilixxi r-rati ta’ ġbir vinkolanti għal skart ta’ rkaptu tas-sajd.
Artikolu 15 3.

Ir-rapport għandu jinkludi:

(a) 

valutazzjoni tal-ħtieġa għal rieżami tal-Anness li jelenka prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss, inkluż rigward tappijiet u għotjien magħmula mill-plastik li jkunu użati għal kontenituri tax-xorb tal-ħġieġ u tal-metall;

(b) 

studju dwar il-fattibbiltà li jiġu stabbiliti rati ta’ ġbir vinkolanti għal skart ta’ rkaptu tas-sajd u u miri tal-Unjoni kwantitattivi vinkolanti għat-tnaqqis tal-konsum ta’, b’mod partikolari, prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti A tal-Anness, b’kont meħud tal-livelli ta’ konsum u ta’ tnaqqis diġà miksub fl-Istati Membri;

(c) 

valutazzjoni tal-bidla fil-materjali użati fil-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss koperti minn din id-Direttiva kif ukoll ta’ xejriet ġodda ta’ konsum u mudelli tan-negozju bbażati fuq alternattivi riutilizzabbli; din għandha, kull fejn possibbli, tinkludi analiżi ġenerali taċ-ċiklu tal-ħajja sabiex tivvaluta l-impatt ambjentali ta’ tali prodotti u l-alternattivi tagħhom; u

(d) 

valutazzjoni tal-progress xjentifiku u tekniku li jikkonċerna kriterji jew standard għall-bijodegradabbiltà fl-ambjent marin applikabbli għal prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u s-sostituti tagħhom li jintużaw darba biss li jiżguraw id-dekompożizzjoni sħiħa f’diossidu tal-karbonju (CO2), bijomassa u ilma f’perijodu ta’ żmien qasir biżżejjed biex il-plastiks ma jkunux ta’ ħsara għall-ħajja fil-baħar u ma jwasslux għall-akkumulazzjoni tal-plastiks fl-ambjent.

Artikolu 15 4.
Bħala parti mill-evalwazzjoni mwettqa skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-miżuri meħuda taħt din id-Direttiva fir-rigward ta’ prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fit-Taqsima III tal-Parti E tal-Anness, u għandha tippreżenta rapport dwar il-konklużjonijiet ewlenin. Ir-rapport għandu jikkunsidra wkoll l-għażliet għal miżuri vinkolanti għat-tnaqqis tal-iskart wara l-konsum ta’ prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fit-Taqsima III tal-Parti E tal-Anness, inkluża l-possibbiltà li jiġu stabbiliti rati vinkolanti ta’ ġbir għal dak l-iskart wara l-konsum. Ir-rapport għandu, jekk ikun adatt, ikun akkumpanjat minn proposta leġislattiva.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0904
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.