|
+Artikolu 15 3. |
Artikolu 15 3.Ir-rapport għandu jinkludi:
(a)
valutazzjoni tal-ħtieġa għal rieżami tal-Anness li jelenka prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss, inkluż rigward tappijiet u għotjien magħmula mill-plastik li jkunu użati għal kontenituri tax-xorb tal-ħġieġ u tal-metall;
(b)
studju dwar il-fattibbiltà li jiġu stabbiliti rati ta’ ġbir vinkolanti għal skart ta’ rkaptu tas-sajd u u miri tal-Unjoni kwantitattivi vinkolanti għat-tnaqqis tal-konsum ta’, b’mod partikolari, prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti A tal-Anness, b’kont meħud tal-livelli ta’ konsum u ta’ tnaqqis diġà miksub fl-Istati Membri;
(c)
valutazzjoni tal-bidla fil-materjali użati fil-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss koperti minn din id-Direttiva kif ukoll ta’ xejriet ġodda ta’ konsum u mudelli tan-negozju bbażati fuq alternattivi riutilizzabbli; din għandha, kull fejn possibbli, tinkludi analiżi ġenerali taċ-ċiklu tal-ħajja sabiex tivvaluta l-impatt ambjentali ta’ tali prodotti u l-alternattivi tagħhom; u
(d)
valutazzjoni tal-progress xjentifiku u tekniku li jikkonċerna kriterji jew standard għall-bijodegradabbiltà fl-ambjent marin applikabbli għal prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u s-sostituti tagħhom li jintużaw darba biss li jiżguraw id-dekompożizzjoni sħiħa f’diossidu tal-karbonju (CO2), bijomassa u ilma f’perijodu ta’ żmien qasir biżżejjed biex il-plastiks ma jkunux ta’ ħsara għall-ħajja fil-baħar u ma jwasslux għall-akkumulazzjoni tal-plastiks fl-ambjent. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|