|
+Artikolu 17 1. |
Artikolu 17 1.L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma’ din id-Direttiva sat-3 ta’ Lulju 2021. Huma għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni dwarhom. Madankollu, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma’
—
l-Artikolu 5 mit-3 ta’ Lulju 2021,
—
l-Artikolu 6(1) mit-3 ta’ Lulju 2024,
—
l-Artikolu 7(1) mit-3 ta’ Lulju 2021,
—
l-Artikolu 8 sal-31 ta’ Diċembru 2024 iżda, relattivament għall-iskemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur stabbiliti qabel l-4 ta’ Lulju 2018 u relattivament għall-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fit-Taqsima III tal-Parti E tal-Anness, sal-5 ta’ Jannar 2023.
Meta l-Istati Membri jadottaw il-miżuri msemmija f’dan il-paragrafu, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew tali referenza għandha takkumpanjahom meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|