+Artikolu 17 Traspożizzjoni
---+Artikolu 17 1.
---+Artikolu 17 2.
---+Artikolu 17 3.
|
Artikolu 17 Traspożizzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 17 1.
|
L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma’ din id-Direttiva sat-3 ta’ Lulju 2021. Huma għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni dwarhom. Madankollu, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma’
—
l-Artikolu 5 mit-3 ta’ Lulju 2021,
—
l-Artikolu 6(1) mit-3 ta’ Lulju 2024,
—
l-Artikolu 7(1) mit-3 ta’ Lulju 2021,
—
l-Artikolu 8 sal-31 ta’ Diċembru 2024 iżda, relattivament għall-iskemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur stabbiliti qabel l-4 ta’ Lulju 2018 u relattivament għall-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fit-Taqsima III tal-Parti E tal-Anness, sal-5 ta’ Jannar 2023.
Meta l-Istati Membri jadottaw il-miżuri msemmija f’dan il-paragrafu, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew tali referenza għandha takkumpanjahom meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
|
|
Artikolu 17 2.
|
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 17 3.
|
Dment li l-miri ta’ ġestjoni tal-iskart u l-objettivi stipulati fl-Artikoli 4 u 8 jintlaħqu, l-Istati Membri jistgħu jittrasponu d-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 4(1) u 8(1) u (8), ħlief fir-rigward ta’ prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fit-Taqsima III tal-Parti E tal-Anness, permezz ta’ ftehimiet bejn l-awtoritajiet kompetenti u s-setturi ekonomiċi kkonċernati. Tali ftehimiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
il-ftehimiet għandhom ikunu infurzabbli;
(b)
il-ftehimiet għandhom jispeċifikaw objettivi mad-dati ta’ skadenza korrispondenti;
(c)
il-ftehimiet għandhom jiġu ppubblikati fil-ġurnal uffiċjali nazzjonali jew f’dokument uffiċjali aċċessibbli għall-pubbliku bl-istess mod u trażmess lill-Kummissjoni;
(d)
ir-riżultati miksuba taħt ftehim għandhom ikunu mmonitorjati regolarment, irrappuratati lill-awtoritajiet kompetenti u lill-Kummissjoni u magħmula disponibbli għall-pubbliku taħt il-kondizzjonijiet stipulati fil-ftehim;
(e)
l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu dispożizzjonijiet biex jeżaminaw il-progress li jintlaħaq taħt ftehim; u
(f)
f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ ftehim, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din id-Direttiva b’miżuri leġislattivi, regolatorji jew amministrattivi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0904
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|