|
+Artikolu 17 3. |
Artikolu 17 3.Dment li l-miri ta’ ġestjoni tal-iskart u l-objettivi stipulati fl-Artikoli 4 u 8 jintlaħqu, l-Istati Membri jistgħu jittrasponu d-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 4(1) u 8(1) u (8), ħlief fir-rigward ta’ prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fit-Taqsima III tal-Parti E tal-Anness, permezz ta’ ftehimiet bejn l-awtoritajiet kompetenti u s-setturi ekonomiċi kkonċernati. Tali ftehimiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
il-ftehimiet għandhom ikunu infurzabbli;
(b)
il-ftehimiet għandhom jispeċifikaw objettivi mad-dati ta’ skadenza korrispondenti;
(c)
il-ftehimiet għandhom jiġu ppubblikati fil-ġurnal uffiċjali nazzjonali jew f’dokument uffiċjali aċċessibbli għall-pubbliku bl-istess mod u trażmess lill-Kummissjoni;
(d)
ir-riżultati miksuba taħt ftehim għandhom ikunu mmonitorjati regolarment, irrappuratati lill-awtoritajiet kompetenti u lill-Kummissjoni u magħmula disponibbli għall-pubbliku taħt il-kondizzjonijiet stipulati fil-ftehim;
(e)
l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu dispożizzjonijiet biex jeżaminaw il-progress li jintlaħaq taħt ftehim; u
(f)
f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ ftehim, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din id-Direttiva b’miżuri leġislattivi, regolatorji jew amministrattivi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|