+Artikolu 5 Prezzijiet tal-provvista bbażati fis-suq
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 5.
---+Artikolu 5 6.
---+Artikolu 5 7.
---+Artikolu 5 8.
---+Artikolu 5 9.
---+Artikolu 5 10.
|
Artikolu 5 Prezzijiet tal-provvista bbażati fis-suq
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 5 1.
|
Il-fornituri għandhom ikunu ħielsa li jiddeterminaw il-prezz li bih jipprovdu l-elettriku lill-klijenti. L-Istati Membri għandhom jieħdu azzjonijiet xierqa biex jiżguraw il-kompetizzjoni effettiva bejn il-fornituri.
|
|
Artikolu 5 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-protezzjoni tal-klijenti domestiċi foqra u vulnerabbli f'termini ta' enerġija f'konformità mal-Artikoli 28 u 29 permezz tal-politika soċjali jew b'mezzi oħra li ma jkunux interventi pubbliċi fl-iffissar tal-prezzijiet għall-provvista tal-elettriku.
|
|
Artikolu 5 3.
|
B'deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri jistgħu japplikaw interventi pubbliċi fl-iffissar tal-prezzijiet għall-provvista tal-elettriku lil klijenti domestiċi foqra jew vulnerabbli f'termini ta' enerġija. Tali interventi pubbliċi għandhom ikunu soġġetti għall-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 4 u 5.
|
|
Artikolu 5 4.
|
Interventi pubbliċi fl-iffissar tal-prezzijiet għall-provvista tal-elettriku għandhom:
(a)
ikunu mmirati lejn interess ekonomiku ġenerali u ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jiksbu dak l-interess ekonomiku ġenerali;
(b)
ikunu definiti b'mod ċar, trasparenti, nondiskriminatorji u verifikabbli;
(c)
jiggarantixxu aċċess ugwali lill-impriżi tal-elettriku tal-Unjoni għall-klijenti;
(d)
għandhom ikunu limitati fiż-żmien u jkunu proporzjonati fir-rigward tal-benefiċjarji tagħhom;
(e)
m'għandhomx jirriżultaw fi spejjeż addizzjonali għall-parteċipanti fis-suq b'mod diskriminatorju.
|
|
Artikolu 5 5.
|
Kwalunkwe Stat Membru li japplika interventi pubbliċi fl-iffissar tal-prezzijiet għall-provvista tal-elettriku skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għandu jikkonforma wkoll mal-punt (d) tal-Artikolu 3(3) u mal-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2018/1999, irrispettivament minn jekk l-Istat Membru kkonċernat għandux għadd sinifikanti ta' unitajiet domestiċi f'faqar enerġetiku.
|
|
Artikolu 5 6.
|
Għall-fini ta' perjodu ta' tranżizzjoni biex tiġi stabbilita kompetizzjoni effettiva għal kuntratti ta' provvista tal-elettriku bejn fornituri, u biex jinkiseb ipprezzar li huwa totalment effettiv abbażi tas-suq tal-elettriku bbażat fuq is-suq tal-elettriku skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu japplikaw interventi pubbliċi fl-iffissar tal-prezzijiet għall-provvista tal-elettriku lill-klijenti domestiċiu għal mikrointrapriżi li ma jibbenefikawx minn interventi pubbliċi skont il-paragrafu 3.
|
|
Artikolu 5 7.
|
L-interventi pubbliċi skont il-paragrafu 6 għandhom jikkonformaw mal-kriterji stipulati fil-paragrafu 4 u għandhom:
(a)
ikunu akkumpanjati minn sett ta' miżuri biex tinkiseb kompetizzjoni effettiva u metodoloġija għall-valutazzjoni tal-progress fir-rigward ta' dawk il-miżuri;
(b)
jiġu stabbiliti bl-użu ta' metodoloġija li tiżgura trattament mhux diskriminatorju tal-fornituri;
(c)
jiġu stabbiliti għal prezz li jkun aktar mill-ispiża, f'livell fejn tista' sseħħ kompetizzjoni effettiva tal-prezzijiet;
(d)
ikunu mfassla b'tali mod li jimminimizzaw kull impatt negattiv fuq is-suq bl-ingrossa tal-elettriku;
(e)
għandhom jiżguraw li l-benefiċjarji kollha ta' dawn l-interventi pubbliċi jkollhom il-possibilità li jagħżlu l-offerti kompetittivi tas-suq u huma direttament infurmati minn tal-inqas kull tliet xhur dwar id-disponibbiltà ta' offerti u l-iffrankar fis-suq kompetittiv, b'mod partikolari il-kuntratti dinamiċi tal-prezz tal-elettriku, u għandhom jiżguraw li dawn jiġu pprovduti b'assistenza biex jaqilbu għal offerta abbażi tas-suq;
(f)
għandhom jiżguraw li, skont l-Artikoli 19 u 21, il-benefiċċjarji kollha ta' dawn l-interventi pubbliċi jkunu intitolati għal kejl intelliġenti u li jiġu offruti li jkollhom dawn u li l-kejl intelliġenti jiġu installati mingħajr spejjeż inizjali miżjuda għal klijent, huma direttament infurmati dwar il-possibbiltà li jinstallaw kejl intelliġenti u jingħataw l-assistenza meħtieġa.
(g)
m'għandhomx iwasslu għal inter-sussidjarjetà diretta bejn klijenti fornuti bi prezzijiet tas-suq ħieles u dawk fornuti bi prezzijiet ta' provvista regolata.
|
|
Artikolu 5 8.
|
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda skont il-paragrafi 3 u 6 fi żmien xahar wara l-adozzjoni tagħhom, u jistgħu japplikawhom immedjatament. In-notifika għandha tkun akkumpanjata minn spjegazzjoni dwar għaliex strumenti oħra ma kinux suffiċjenti sabiex jiksbu l-objettiv mixtieq, dwar kif jiġu ssodisfatti r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 4 u 7, u dwar x'inhuma l-effetti tal-miżuri notifikati fuq il-kompetizzjoni. In-notifika għandha tiddeskrivi l-kamp ta' applikazzjoni tal-benefiċjarji, it-tul ta' żmien tal-miżuri u n-numru ta' klijenti domestiċi affettwati mill-miżuri, u għandha tispjega kif ġew iddeterminati l-prezzijiet regolati.
|
|
Artikolu 5 9.
|
Sal-1 ta' Jannar 2022 u l-1 ta' Jannar 2025, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapporti lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, in-neċessità u l-proporzjonalità tal-interventi pubbliċi taħt dan l-Artikolu u valutazzjoni tal-progress lejn il-kisba ta' kompetizzjoni effettiva bejn il-fornituri u t-tranżizzjoni għal prezzijiet ibbażati fuq is-suq. L-Istati Membri li japplikaw prezzijiet regolati skont il-paragrafu 6 għandhom jirrapportaw dwar il-konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 7, inkluża dwar il-konformità mill-fornituri li huma meħtieġa biex japplikaw tali interventi, kif ukoll dwar l-impatt tal-prezzijiet regolati fuq il-finanzi ta' dawk il-fornituri.
|
|
Artikolu 5 10.
|
Sal-31 ta' Diċembru 2025, il-Kummissjoni għandha tirrevedi u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu bil-għan li jinkiseb ipprezzar bl-imnut ibbażat fuq is-suq tal-elettriku, flimkien ma' proposta leġiżlattiva jew segwita minnha, jekk ikun xieraq. Dik il-proposta leġiżlattiva tista' tinkludi data ta' tmiem għall-prezzijiet regolati.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0944
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|