|
+Artikolu 5 7. |
Artikolu 5 7.L-interventi pubbliċi skont il-paragrafu 6 għandhom jikkonformaw mal-kriterji stipulati fil-paragrafu 4 u għandhom:
(a)
ikunu akkumpanjati minn sett ta' miżuri biex tinkiseb kompetizzjoni effettiva u metodoloġija għall-valutazzjoni tal-progress fir-rigward ta' dawk il-miżuri;
(b)
jiġu stabbiliti bl-użu ta' metodoloġija li tiżgura trattament mhux diskriminatorju tal-fornituri;
(c)
jiġu stabbiliti għal prezz li jkun aktar mill-ispiża, f'livell fejn tista' sseħħ kompetizzjoni effettiva tal-prezzijiet;
(d)
ikunu mfassla b'tali mod li jimminimizzaw kull impatt negattiv fuq is-suq bl-ingrossa tal-elettriku;
(e)
għandhom jiżguraw li l-benefiċjarji kollha ta' dawn l-interventi pubbliċi jkollhom il-possibilità li jagħżlu l-offerti kompetittivi tas-suq u huma direttament infurmati minn tal-inqas kull tliet xhur dwar id-disponibbiltà ta' offerti u l-iffrankar fis-suq kompetittiv, b'mod partikolari il-kuntratti dinamiċi tal-prezz tal-elettriku, u għandhom jiżguraw li dawn jiġu pprovduti b'assistenza biex jaqilbu għal offerta abbażi tas-suq;
(f)
għandhom jiżguraw li, skont l-Artikoli 19 u 21, il-benefiċċjarji kollha ta' dawn l-interventi pubbliċi jkunu intitolati għal kejl intelliġenti u li jiġu offruti li jkollhom dawn u li l-kejl intelliġenti jiġu installati mingħajr spejjeż inizjali miżjuda għal klijent, huma direttament infurmati dwar il-possibbiltà li jinstallaw kejl intelliġenti u jingħataw l-assistenza meħtieġa.
(g)
m'għandhomx iwasslu għal inter-sussidjarjetà diretta bejn klijenti fornuti bi prezzijiet tas-suq ħieles u dawk fornuti bi prezzijiet ta' provvista regolata. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|