|
+Artikolu 15a 3. |
Artikolu 15a 3.Il-klijenti attivi jistgħu jaħtru parti terza bħala organizzatur tal-kondiviżjoni tal-enerġija għall-finijiet ta’:
(a)
il-komunikazzjoni dwar l-arranġamenti tal-kondiviżjoni tal-enerġija ma’ entitajiet rilevanti oħra, bħal fornituri u operaturi tan-network, inkluż dwar l-aspetti relatati mat-tariffi, it-taxxi jew l-imposti applikabbli;
(b)
l-għoti ta’ appoġġ għall-ġestjoni u l-ibbilanċjar tat-tagħbijiet flessibbli ta’ wara l-arloġġ, il-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli distribwita u l-faċilitajiet tal-ħżin li jagħmlu parti mill-arranġament tal-kondiviżjoni tal-enerġija rilevanti;
(c)
l-ikkuntrattar u l-fatturazzjoni ta’ klijenti attivi li jipparteċipaw fil-kondiviżjoni tal-enerġija;
(d)
l-installazzjoni u t-tħaddim, inkluż il-kejl u l-manutenzjoni, tal-faċilità ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli jew tal-faċilità tal-ħżin. L-organizzatur tal-kondiviżjoni tal-enerġija jew parti terza oħra jistgħu jkunu s-sidien jew jimmaniġġaw faċilità ta’ ħżin jew ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli sa massimu ta’ 6 MW, mingħajr ma jitqiesu bħala klijenti attivi, ħlief meta jkun wieħed mill-klijenti attivi li jipparteċipa fil-proġett tal-kondiviżjoni tal-enerġija. L-organizzatur tal-kondiviżjoni tal-enerġija għandu jipprovdi servizzi mhux diskriminatorji u prezzijiet, tariffi u termini trasparenti tas-servizzi. Fir-rigward tal-ewwel subparagrafu, il-punt (c), ta’ dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 10, 12 u 18. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-qafas regolatorju għall-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|