|
+Artikolu 15a 6. |
Artikolu 15a 6.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi rilevanti ta’ sistema ta’ trażmissjoni jew l-operaturi rilevanti ta’ sistema ta’ distribuzzjoni jew korpi deżinjati oħrajn:
(a)
jimmonitorjaw, jiġbru, jivvalidaw u jikkomunikaw data dwar il-kejl relatata mal-elettriku kondiviż mal-klijenti finali u mal-parteċipanti fis-suq rilevanti mill-inqas kull xahar, u f’konformità mal-Artikolu 23, u għal dak l-għan, jistabbilixxu sistemi tal-IT xierqa;
(b)
jipprovdu punt ta’ kuntatt rilevanti biex:
(i)
jirreġistraw l-arranġamenti dwar il-kondiviżjoni tal-enerġija;
(ii)
jagħmlu disponibbli informazzjoni prattika għall-kondiviżjoni tal-enerġija;
(iii)
jirċievu informazzjoni dwar il-punti ta’ kejl rilevanti, bidliet fil-post u fil-parteċipazzjoni; u
(iv)
fejn applikabbli, jivvalidaw il-metodi ta’ kalkolu b’mod ċar, trasparenti u f’waqtu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|