+Artikolu 26 Dritt għar-riżoluzzjoni barra l-qorti ta' tilwim
---+Artikolu 26 1.
---+Artikolu 26 2.
---+Artikolu 26 3.
|
Artikolu 26 Dritt għar-riżoluzzjoni barra l-qorti ta' tilwim
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 26 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti finali jkollhom aċċess għal l-mekkaniżmi barra l-qorti li jkunu sempliċi, ġusti, trasparenti, indipendenti, effikaċi u effiċjenti għar-riżoluzzjoni ta' tilwim fir-rigward tad-drittijiet u l-obbligi stabbiliti skont din id-Direttiva, permezz ta' mekkaniżmu indipendenti bħall-ombudsman tal-enerġija jew korp tal-konsumaturi, jew permezz ta' awtorità regolatorja. Meta klijent finali huwa konsumatur skont it-tifsira tad-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
9
), tali mekkaniżmi barra l-qorti għar-riżoluzzjoni ta' tilwim għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-kwalità tad-Direttiva 2013/11/UE u għandhom jipprovdu, fejn meħtieġ, għal sistemi ta' rifużjoni u kumpens.
|
|
Artikolu 26 2.
|
Fejn meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet tar-riżoluzzjoni alternattiva ta' tilwim jikkooperaw biex jipprovdu mekkaniżmi barra l-qorti li jkunu sempliċi, ġusti, trasparenti, indipendenti, effikaċi u effiċjenti għar-riżoluzzjoni ta' tilwim, għal kwalunkwe tilwima li tinqala' minn prodotti jew servizzi li huma magħquda ma' kwalunkwe prodott jew servizz li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 26 3.
|
Il-parteċipazzjoni tal-impriżi tal-elettriku f'mekkaniżmi barra l-qorti għar-riżoluzzjoni ta' tilwim għal klijenti domestiċi għandha tkun obbligatorja sakemm l-Istat Membru ma jurix lill-Kummissjoni li mekkaniżmi oħra huma ugwalment effettivi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0944
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|