+Artikolu 47 Indipendenza tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni
---+Artikolu 47 1.
---+Artikolu 47 2.
---+Artikolu 47 3.
---+Artikolu 47 4.
---+Artikolu 47 5.
---+Artikolu 47 6.
---+Artikolu 47 7.
---+Artikolu 47 8.
---+Artikolu 47 9.
---+Artikolu 47 10.

Artikolu 47 Indipendenza tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 47 1.

Mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet tal-Korp ta' Sorveljanza taħt l-Artikolu 49, l-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni għandu jkollu:

(a) 

drittijiet deċiżjonali effettivi, li jkunu indipendenti mill-impriża tal-elettriku integrata, fir-rigward tal-assi meħtieġa biex iħaddem, iżomm jew jiżviluppa s-sistema tat-trażmissjoni; u

(b) 

is-setgħa li jsib fondi fis-suq kapitali b'mod partikolari billi jissellef u permezz ta' żieda kapitali.

Artikolu 47 2.
L-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni għandu, f'kull waqt, jaġixxi sabiex jiżgura li għandu r-riżorsi li jeħtieġ biex iwettaq ix-xogħol ta' trażmissjoni b'mod tajjeb u effiċjenti u jiżviluppa u jżomm is-sistema tat-trażmissjoni effiċjenti, sigura u ekonomika.
Artikolu 47 3.
Is-sussidjarji tal-impriża integrata vertikalment li jwettqu funzjonijiet ta' ġenerazzjoni jew provvista ma għandu jkollhom ebda sehem dirett jew indirett fl-ishma fl-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni. L-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni ma għandu jkollu l-ebda sehem dirett jew indirett fl-ishma ta' xi sussidjarja tal-impriża integrata vertikalment li twettaq funzjonijiet ta' ġenerazzjoni jew provvista, u lanqas jirċievi dividendi jew benefiċċji finanzjarji oħra min dik is-sussidjarja.
Artikolu 47 4.
L-istruttura ġenerali tal-ġestjoni u l-istatuti korporattivi tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni għandhom jiżguraw l-indipendenza effettiva tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni konformement ma' din it-Taqsima. L-impriża integrata vertikalment ma għandiex tiddetermina direttament jew indirettament il-kondotta kompetittiva tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni fir-rigward tal-attivitajiet ta' kuljum tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni u l-ġestjoni tan-netwerk, jew fir-rigward tal-attivitajiet meħtieġa għat-tħejjija tal-pjan ta' għaxar snin għall-iżvilupp tan-netwerk żviluppat taħt l-Artikolu 51.
Artikolu 47 5.
Fit-twettiq tal-ħidmiet tagħhom fl-Artikolu 40 u l-Artikolu 46(2) ta' din id-Direttiva, u f'konformità mal-obbligi stipulati fl-Artikoli 16, 18, 19 u 50 tar-Regolament (UE) 2019/943, l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni m'għandhomx jiddiskriminaw kontra persuni differenti jew entitajiet u ma għandhomx jirrestrinġu, jgħawwġu jew iċaħħdu l-kompetizzjoni fil-ġenerazzjoni jew fil-forniment.
Artikolu 47 6.
Kull relazzjoni kummerċjali u finanzjarja bejn l-impriża integrata vertikalment u l-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni, inkluż is-self mill-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni lill-impriża integrata vertikalment, għandha tkun konformi mal-kondizzjonijiet tas-suq. L-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni għandu jżomm rekords dettaljati ta' dawn ir-relazzjonijiet kummerċjali u finanzjarji u jagħmilhom disponibbli lill-awtorità regolatorja hekk kif issirlu t-talba.
Artikolu 47 7.
L-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni għandu jippreżenta għall-approvazzjoni mill-awtorità regolatorja l-ftehimiet kollha kummerċjali u finanzjarji mal-impriża integrata vertikalment.
Artikolu 47 8.
L-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni għandu jinforma lill-awtorità regolatorja bir-riżorsi finanzjarji, imsemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 46(1), disponibbli għal proġetti futuri ta' investiment u/jew għas-sostituzzjoni ta' assi eżistenti.
Artikolu 47 9.
L-impriża integrata vertikalment għandha tastjeni minn kull azzjoni li timpedixxi jew tippreġudika l-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni milli jikkonforma mal-obbligi tiegħu f'dan il-Kapitolu u ma għandhiex tesiġi li l-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni jitlob il-permess minn impriża integrata vertikalment fit-twettiq ta' dawk l-obbligi.
Artikolu 47 10.
Impriża li tkun ġiet ċertifikata mill-awtorità regolatorja bħala konformi mar-rekwiżiti ta' dan il-Kapitolu għandha tkun approvata u nnominata bħala operatur tas-sistema tat-trażmissjoni mill-Istat Membru kkonċernat. Għandha tapplika l-proċedura ta' ċertifikazzjoni fl-Artikolu 52 ta' din id-Direttiva u fl-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) 2019/943 jew fl-Artikolu 53 ta' din id-Direttiva.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0944
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.