4. Kull deċiżjoni dwar l-użu mill-ġdid għandha tagħmel referenza għall-mezz ta' rimedju fejn l-applikant ikun jixtieq jikkontesta d-deċiżjoni. Il-miżuri ta' rimedju għandhom jinkludu l-possibbiltà ta' rieżami minn korp imparzjali tar-rieżami bil-kompetenzi xierqa, bħall-awtorità tal-kompetizzjoni nazzjonali, l-awtorità rilevanti għall-aċċess tad-dokumenti, l-awtorità superviżorja stabbilita f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679, jew awtorità ġudizzjarja nazzjonali, li d-deċiżjonijiet tagħha jkunu vinkolanti għall-korp tas-settur pubbliku kkonċernat.