+Artikolu 4 Ipproċessar ta' talbiet għall-użu mill-ġdid
---+Artikolu 4 1
---+Artikolu 4 2
---+Artikolu 4 3
---+Artikolu 4 4
---+Artikolu 4 5
---+Artikolu 4 6

Artikolu 4 Ipproċessar ta' talbiet għall-użu mill-ġdid

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4 1

1.   Il-korpi tas-settur pubbliku għandhom jipproċessaw, b'mezzi elettroniċi meta possibbli u xieraq, talbiet għall-użu mill-ġdid u għandhom jagħmlu d-dokument disponibbli għall-użu mill-ġdid mill-applikant jew, jekk tkun meħtieġa liċenzja, jiffinalizzaw l-offerta tal-liċenzja lill-applikant fi żmien raġonevoli li jkun konsistenti mal-limiti taż-żmien stabbiliti għall-ipproċessar tat-talbiet għall-aċċess għad-dokumenti.

Artikolu 4 2

2.   Meta ma jkun ġie stabbilit l-ebda limitu taż-żmien jew l-ebda regola oħra li tirregola l-forniment fil-ħin tad-dokumenti, il-korpi tas-settur pubbliku għandhom jipproċessaw it-talba u għandhom iwasslu d-dokumenti għall-użu mill-ġdid lill-applikant jew, jekk tkun meħtieġa liċenzja, jiffinalizzaw l-offerta tal-liċenzja lill-applikant mill-iktar fis possibbli, u fi kwalunkwe każ fi żmien 20 jum tax-xogħol minn meta tkun waslet it-talba. Dak il-limitu taż-żmien jista' jittawwal b'20 jum tax-xogħol ieħor għal talbiet estensivi jew komplessi. F'dawk il-każijiet, l-applikant għandu jiġi notifikat mill-iktar fis possibbli, u fi kwalunkwe każ, fi żmien tliet ġimgħat wara t-talba inizjali, li jkun hemm bżonn aktar żmien biex tiġi pproċessata t-talba u bir-raġunijiet għal dan.

Artikolu 4 3

3.   Fil-każ ta' deċiżjoni negattiva, il-korpi tas-settur pubbliku għandhom jikkomunikaw ir-raġunijiet għar-rifjut lill-applikant skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-reġim tal-aċċess f'dak l-Istat Membru jew skont id-dispożizzjonijiet li jittrasponu din id-Direttiva, b'mod partikulari l-punti (a) sa (h) tal-Artikolu 1(2) jew l-Artikolu 3. Meta deċiżjoni negattiva tkun ibbażata fuq il-punt (c) tal-Artikolu 1(2), il-korp tas-settur pubbliku għandu jagħmel referenza għall-persuna fiżika jew ġuridika li tkun id-detentur tad-drittijiet, meta magħrufa, jew inkella għal-liċenzjatur li mingħandu l-korp tas-settur pubbliku jkun kiseb il-materjal rilevanti. Il-libreriji, inkluż il-libreriji universitarji, il-mużewijiet u l-arkivji ma għandhomx ikunu meħtieġa jinkludu din ir-referenza.

Artikolu 4 4

4.   Kull deċiżjoni dwar l-użu mill-ġdid għandha tagħmel referenza għall-mezz ta' rimedju fejn l-applikant ikun jixtieq jikkontesta d-deċiżjoni. Il-miżuri ta' rimedju għandhom jinkludu l-possibbiltà ta' rieżami minn korp imparzjali tar-rieżami bil-kompetenzi xierqa, bħall-awtorità tal-kompetizzjoni nazzjonali, l-awtorità rilevanti għall-aċċess tad-dokumenti, l-awtorità superviżorja stabbilita f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679, jew awtorità ġudizzjarja nazzjonali, li d-deċiżjonijiet tagħha jkunu vinkolanti għall-korp tas-settur pubbliku kkonċernat.

Artikolu 4 5

5.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti prattiċi biex jiġi ffaċilitat l-użu mill-ġdid effettiv ta' dokumenti. Dawk l-arranġamenti jistgħu b'mod partikolari jinkludu l-mezzi għall-forniment ta' informazzjoni adegwata dwar id-drittijiet previsti f'din id-Direttiva u għall-għoti tal-assistenza u l-gwida rilevanti.

Artikolu 4 6

6.   L-entitajiet li ġejjin ma għandhomx ikunu meħtieġa jikkonformaw ma' dan l-Artikolu:

(a)

impriżi pubbliċi;

(b)

stabbilimenti edukattivi, organizzazzjonijiet li jwettqu r-riċerka u organizzazzjonijiet li jiffinanzjaw ir-riċerka.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 26.06.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L1024
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.