4. L-arranġamenti prattiċi jew legali li, mingħajr ma jagħtu espressament dritt esklussiv, ikollhom l-għan jew jistgħu raġonevolment ikunu mistennija li jwasslu għal disponibbiltà ristretta tal-użu mill-ġdid tad-dokumenti minn entitajiet oħra li mhumiex il-partijiet terzi li qed jieħdu sehem fl-arranġament, għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku online mill-inqas xahrejn qabel ma jidħlu fis-seħħ. L-effett ta' tali arranġamenti prattiċi jew legali fuq id-disponibbiltà ta' data għall-użu mill-ġdid għandu jkun soġġett għal rieżami regolari u għandu, fi kwalunkwe każ, jiġi rieżaminat kull tliet snin. It-termini finali ta' dawn l-arranġamenti għandhom ikunu trasparenti u jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku online.