+REGOLAMENT (UE) 2019/494 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-25 ta' Marzu 2019 dwar ċerti aspetti tas-sikurezza tal-avjazzjoni fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
---+Preamble: 1
---+Artikolu 1 Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
------+Artikolu 1 1
------+Artikolu 1 2
------+Artikolu 1 3
---+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 3 Ċertifikati msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1(2)
------+Artikolu 3 2
------+Artikolu 3 3
------+Artikolu 3 4
---+Artikolu 4 Ċertifikati msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 1(2)
---+Artikolu 5 Riportar ta' moduli tat-taħriġ
---+Artikolu 6 Regoli u obbligi rigward iċ-ċertifikati rregolati skont l-Artikoli 3 jew 4
------+Artikolu 6 1
------+Artikolu 6 2
------+Artikolu 6 3
---+Artikolu 7 Awtorità kompetenti
---+Artikolu 8 Applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 319/2014
---+Artikolu 9 Mezzi aċċettabbli ta' konformità u materjal ta' gwida
---+Artikolu 10 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
------+Artikolu 10 1
------+Artikolu 10 2
------+Artikolu 10 3
---+ANNESS
|
English -
European Union -
Aviation -
REGOLAMENT (UE) 2019/494 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-25 ta' Marzu 2019 dwar ċerti aspetti tas-sikurezza tal-avjazzjoni fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
REGOLAMENT (UE) 2019/494 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-25 ta' Marzu 2019
dwar ċerti aspetti tas-sikurezza tal-avjazzjoni fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Preamble: 1
|
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1)
|
Fid-29 ta' Marzu 2017, ir-Renju Unit ippreżenta n-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. It-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' ftehim dwar il-ħruġ jew, fin-nuqqas ta' dan, sentejn wara dik in-notifika, jiġifieri mit-30 ta' Marzu 2019, sakemm il-Kunsill Ewropew, bi qbil mar-Renju Unit, ma jiddeċidix b'mod unanimu li jestendi dak il-perjodu.
|
|
(2)
|
L-għan prinċipali tar-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) huwa li jiġi stabbilit u jinżamm livell għoli u uniformi ta' sikurezza tal-avjazzjoni fl-Unjoni. Għal dak l-iskop, ġiet stabbilita sistema ta' ċertifikati għal diversi attivitajiet tal-avjazzjoni, sabiex jinkisbu l-livelli ta' sikurezza meħtieġa u sabiex ikunu jistgħu jsiru l-verifiki meħtieġa u jiġu aċċettati b'mod reċiproku ċ-ċertifikati maħruġa.
|
|
(3)
|
Fil-qasam tas-sikurezza tal-avjazzjoni, l-impatt tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni fuq iċ-ċertifikati u l-approvazzjonijiet jista' jiġi rrimedjat minn ħafna partijiet ikkonċernati permezz ta' diversi miżuri. Dawk il-miżuri jinkludu t-trasferiment lejn awtorità tal-avjazzjoni ċivili ta' wieħed mis-27 Stat Membru li jifdal, jew l-applikazzjoni, qabel id-data tal-ħruġ, għal ċertifikat maħruġ mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (“l-Aġenzija”), b'effett minn dik id-data biss u għaldaqstant bil-kundizzjoni li r-Renju Unit ikun sar pajjiż terz.
|
|
(4)
|
Madankollu, għad-differenza ta' oqsma oħra tal-liġi tal-Unjoni, hemm xi ċirkostanzi speċifiċi fejn mhux possibbli li jinkiseb ċertifikat minn Stat Membru ieħor jew mill-Aġenzija, minhabba li, mid-data tal-ħruġ, r-Renju Unit ikompli jaqdi r-rwol ta' “Stat tad-disinn” skont il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali għall-ġurisdizzjoni tiegħu mid-data tal-ħruġ. Min-naħa tiegħu, ir-Renju Unit jista' joħroġ ċertifikati biss f'dak ir-rwol ġdid tiegħu, ladarba jkun ħa dak l-irwol, jiġifieri ladarba l-liġi tal-Unjoni ma tibqax tapplika għar-Renju Unit wara l-ħruġ tiegħu mill-Unjoni.
|
|
(5)
|
Għalhekk, huwa neċessarju li jiġi stabbilit mekkaniżmu temporanju għall-estensjoni tal-validità ta' ċerti ċertifikati tas-sikurezza tal-avjazzjoni, sabiex l-operaturi kkonċernati, u l-Aġenzija, jkollhom biżżejjed żmien biex ikunu jistgħu joħorġu ċ-ċertifikati meħtieġa skont l-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) 2018/1139, biex jitqies l-istatus tar-Renju Unit bħala pajjiż terz.
|
|
(6)
|
Jenħtieġ li t-tul ta' żmien ta' tali estensjoni tal-validità taċ-ċertifikati jkun limitat għal dak li huwa strettament meħtieġ biex jiġi indirizzat il-ħruġ tar-Renju Unit mis-sistema tas-sikurezza tal-avjazzjoni tal-Unjoni.
|
|
(7)
|
Sabiex jingħata żmien addizzjonali, fejn ikun meħtieġ, biex iċ-ċertifikati jinħarġu għall-operaturi kkonċernati skont l-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) 2018/1139, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, fir-rigward tal-estensjoni ulterjuri tal-perjodu ta' validità taċ-ċertifikati msemmija fit-Taqsima I tal-Anness għal dan ir-Regolament. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, ukoll fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (4). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.
|
|
(8)
|
Barra minn hekk, għad-differenza tal-biċċa l-kbira tal-oqsma l-oħra tal-liġi tal-Unjoni fir-rigward tal-oġġetti, l-invalidità taċ-ċertifikati jkollha impatt mhux fuq it-tqegħid fis-suq iżda fuq l-użu effettiv tal-prodotti, tal-partijiet u tat-tagħmir tal-avjazzjoni fl-Unjoni, pereżempju meta jiġu installati l-partijiet u t-tagħmir fuq inġenju tal-ajru tal-Unjoni li jopera fl-Unjoni. Jenħtieġ li ma jkunx hemm impatt fuq dan l-użu tal-prodotti tal-avjazzjoni fl-Unjoni mill-ħruġ tar-Renju Unit.
|
|
(9)
|
Fis-sistema tas-sikurezza tal-avjazzjoni tal-Unjoni, it-taħriġ tal-bdoti u tal-mekkaniċi huwa strettament irregolat u l-moduli tat-taħriġ huma armonizzati. Il-persuni li jieħdu sehem f'modulu tat-taħriġ fi Stat Membru wieħed mhux dejjem jistgħu jibdlu, matul dak it-taħriġ, għal Stat Membru ieħor. Jenħtieġ li dik is-sitwazzjoni partikolari titqies fil-miżuri ta' kontinġenza tal-Unjoni.
|
|
(10)
|
Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jidħlu fis-seħħ b'urġenza u jenħtieġ li japplikaw, fil-prinċipju, mill-għada tal-jum meta t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit, sakemm ma jidħolx fis-seħħ ftehim dwar il-ħruġ konkluż mar-Renju Unit sa dik id-data. Madankollu, sabiex ikunu jistgħu jsiru l-proċeduri amministrattivi meħtieġa minn kmieni kemm jista' jkun, jenħtieġ li ċerti dispożizzjonijiet japplikaw mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
|
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, il-25 ta' Marzu 2019.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
A. TAJANI
Għall-Kunsill
Il-President
G. CIAMBA
|
|
Artikolu 1 Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
|
|
|
Artikolu 2 Definizzjonijiet
|
Artikolu 2
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet korrispondenti tar-Regolament (UE) 2018/1139 u tal-atti delegati u l-atti ta' implimentazzjoni adottati skont dak ir-Regolament u skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008.
|
|
Artikolu 3 Ċertifikati msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1(2)
|
Iċ-ċertifikati msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1(2) għandhom jibqgħu validi għal perjodu ta' disa' xhur mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 4 Ċertifikati msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 1(2)
|
Artikolu 4
Ċertifikati msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 1(2)
Iċ-ċertifikati msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 1(2), li jikkonċernaw l-użu ta' prodotti, ta' partijiet u ta' tagħmir għandhom jibqgħu validi.
|
|
Artikolu 5 Riportar ta' moduli tat-taħriġ
|
Artikolu 5
Riportar ta' moduli tat-taħriġ
B'deroga mir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 (6) u (UE) Nru 1321/2014 (7), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew l-Aġenzija, kif applikabbli, għandhom iqisu l-eżamijiet li saru f'organizzazzjonijiet tat-taħriġ li huma soġġetti għal sorveljanza mill-awtorità kompetenti tar-Renju Unit iżda li għadhom ma wasslux għall-ħruġ tal-liċenzja qabel id-data tal-applikazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(2) ta' dan ir-Regolament, daqslikieku saru f'organizzazzjoni tat-taħriġ soġġetta għal sorveljanza mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru.
|
|
Artikolu 6 Regoli u obbligi rigward iċ-ċertifikati rregolati skont l-Artikoli 3 jew 4
|
|
|
Artikolu 7 Awtorità kompetenti
|
Artikolu 7
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament u għall-fini tas-sorveljanza tad-detenturi u tal-emittenti taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament, l-Aġenzija għandha taġixxi bħala l-awtorità kompetenti prevista għall-entitajiet ta' pajjiż terz skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti ta' implimentazzjoni u l-atti delegati adottati skont dak ir-Regoalment jew skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008.
|
|
Artikolu 8 Applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 319/2014
|
Artikolu 8
Applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 319/2014
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 319/2014 (8) għandu japplika għall-persuni ġuridiċi u fiżiċi li jkollhom jew li joħorġu ċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament bl-istess kundizzjonijiet bħad-detenturi ta' ċertifikati korrispondenti maħruġa għall-persuni ġuridiċi jew fiżiċi ta' pajjiż terz.
|
|
Artikolu 9 Mezzi aċċettabbli ta' konformità u materjal ta' gwida
|
Artikolu 9
Mezzi aċċettabbli ta' konformità u materjal ta' gwida
L-Aġenzija tista' toħroġ mezzi aċċettabbli ta' konformità u materjal ta' gwida għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament f'konformità mal-Artikolu 76(3) tar-Regolament (UE) 2018/1139.
|
|
Artikolu 10 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
|
|
|
ANNESS
|
ANNESS
LISTA TA' ĊERTIFIKATI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1
|
Taqsima 1:
|
Ċertifikati maħruġa mill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (“Aġenzija”) għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jkollhom il-post prinċipali tan-negozju tagħhom fir-Renju Unit u għall-inġenji tal-ajru msemmija f'dawn li ġejjin
|
1.1.
|
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 (1), l-Anness I, il-Parti 21, it-Taqsima A, is-Subparti B (Ċertifikati tat-tip u ċ-ċertifikati tat-tip ristretti)
|
|
1.2.
|
Ir-Regolament (UE) Nru 748/2012, l-Anness I, il-Parti 21, it-Taqsima A, is-Subparti D (Tibdiliet fiċ-ċertifikati tat-tip u fiċ-ċertifikati tat-tip ristretti)
|
|
1.3.
|
Ir-Regolament (UE) Nru 748/2012, l-Anness I, il-Parti 21, it-Taqsima A, is-Subparti E (Ċertifikati tat-tip supplementari)
|
|
1.4.
|
Ir-Regolament (UE) Nru 748/2012, l-Anness I, il-Parti 21, it-Taqsima A, is-Subparti M (Tiswijiet)
|
|
1.5.
|
Ir-Regolament (UE) Nru 748/2012, l-Anness I, il-Parti 21, it-Taqsima A, is-Subparti O (Awtorizzazzjonijiet tal-Ordni ta' Standard Tekniku Ewropew)
|
|
1.6.
|
Ir-Regolament (UE) Nru 748/2012, l-Anness I, il-Parti 21, it-Taqsima A, is-Subparti J (Approvazzjonijiet ta' organizzazzjoni tad-disinn)
|
|
|
Taqsima 2:
|
Ċertifikati għall-prodotti, partijiet u tagħmir maħruġa minn persuni ġuridiċi jew fiżiċi ċċertifikati mill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit msemmija f'dawn li ġejjin:
|
2.1.
|
Ir-Regolament (UE) Nru 748/2012, l-Anness I, it-Taqsima A, is-Subparti G, il-punt 21.A.163(c) (ċertifikati tar-rilaxx awtorizzat għall-prodotti, għall-partijiet u għat-tagħmir)
|
|
2.2.
|
Ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014, l-Anness I, il-Parti-145, il-punt 145.A.75(e) (ċertifikati tar-rilaxx għas-servizz fir-rigward tat-tlestija tal-manutenzjoni)
|
|
2.3.
|
Ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014, l-Anness I, il-Parti-145, il-punt 145.A.75(f) (ċertifikati ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà għall-inġenji tal-ajru ELA 1)
|
|
2.4.
|
Ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014, l-Anness I, il-Parti M, it-Taqsima A, is-Subparti F, il-punt M.A.615(d) (ċertifikati tar-rilaxx għas-servizz mat-tlestija tal-manutenzjoni)
|
|
2.5.
|
Ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014, l-Anness I, il-Parti M, it-Taqsima A,is-Subparti F, il-punt M.A.615(e) (ċertifikati ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà għall-inġenji tal-ajru ELA 1)
|
|
2.6.
|
Ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014, l-Anness I, il-Parti M, it-Taqsima A, is-Subparti G, il-punt M.A.711(a) jew (b)(1) (ċertifikati ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà u estensjonijiet tagħhom).
|
|
2.7.
|
Ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014, l-Anness I, il-Parti-M, Taqsima A, is-Subparti H, il-punt M.A.801 (b)(2) u (3) u (c) (ċertifikati għar-rilaxx għas-servizz fir-rigward tat-tlestija tal-manutenzjoni).
|
|
(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 tat- 3 ta' Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta' inġenji tal-ajru u ta' prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni (ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 27.03.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0494
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|