+Artikolu 6 Regoli u obbligi rigward iċ-ċertifikati rregolati skont l-Artikoli 3 jew 4
---+Artikolu 6 1
---+Artikolu 6 2
---+Artikolu 6 3

Artikolu 6 Regoli u obbligi rigward iċ-ċertifikati rregolati skont l-Artikoli 3 jew 4

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 1

1.   Iċ-ċertifikati rregolati skont l-Artikoli 3 u 4 ta' dan ir-Regolament huma soġġetti għar-regoli li japplikaw għalihom f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti ta' implimentazzjoni u mal-atti delegati adottati bis-saħħa tiegħu jew mar-Regolament (UE) Nru 216/2008. L-Aġenzija għandu jkollha s-setgħat stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/1139 u fl-atti ta' implimentazzjoni u fl-atti delegati adottati skont dak ir-Regolament u skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 fir-rigward tal-entitajiet li jkollhom il-post prinċipali tan-negozju tagħhom f'pajjiż terz.

Artikolu 6 2

2.   Fuq it-talba tal-Aġenzija, id-detenturi taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 3 u l-emittenti taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 4 għandhom jipprovdu kopji tar-rapport tal-awditjar, tal-konklużjonijiet u tal-pjanijiet ta' azzjoni korrettiva kollha li jkunu rilevanti għaċ-ċertifikati li jkunu nħarġu matul it-tliet snin ta' qabel it-talba. Fejn tali dokumenti ma jkunux ġew ipprovduti fil-limiti taż-żmien stabbiliti mill-Aġenzija fit-talba tagħha, l-Aġenzija tista' tirtira l-benefiċċju miksub biss-saħħa tal-Artikolu 3 jew l-Artikolu 4, kif applikabbli.

Artikolu 6 3

3.   Id-detenturi taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 3 u l-emittenti taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament għandhom jinfurmaw lill-Aġenzija mingħajr dewmien dwar kwalunkwe azzjoni mill-awtoritajiet tar-Renju Unit, li tista' tikkuntrasta mal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament jew ir-Regolament (UE) 2018/1139.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 27.03.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0494
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.