1. Iċ-ċertifikati rregolati skont l-Artikoli 3 u 4 ta' dan ir-Regolament huma soġġetti għar-regoli li japplikaw għalihom f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti ta' implimentazzjoni u mal-atti delegati adottati bis-saħħa tiegħu jew mar-Regolament (UE) Nru 216/2008. L-Aġenzija għandu jkollha s-setgħat stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/1139 u fl-atti ta' implimentazzjoni u fl-atti delegati adottati skont dak ir-Regolament u skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 fir-rigward tal-entitajiet li jkollhom il-post prinċipali tan-negozju tagħhom f'pajjiż terz.