+Artikolu 12 Emissjonijiet ta' CO2u konsum tal-fjuwil jew tal-enerġija f'kundizzjonijiet reali ta' użu
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 12 3.
---+Artikolu 12 4.

Artikolu 12 Emissjonijiet ta' CO2u konsum tal-fjuwil jew tal-enerġija f'kundizzjonijiet reali ta' użu

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 12 1.
Il-Kummissjoni għandha tissorvelja u tivvaluta kemm il-valuri tal-emissjonijiet ta' CO2 u tal-konsum tal-fjuwil jew tal-enerġija stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 huma realment rappreżentattivi.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tiġbor data dwar l-emissjonijiet ta' CO2 u l-konsum tal-fjuwil jew tal-enerġija tal-karozzi tal-passiġġieri u l-vetturi kummerċjali ħfief f'kundizzjonijiet reali ta' użu permezz ta' tagħmir ta' monitoraġġ tal-konsum tal-fjuwil u/jew l-enerġija abbord, billi tibda bil-karozzi ġodda tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief ġodda reġistrati fl-2021.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-pubbliku jkun infurmat dwar kif dawk dik ir-rappreżentattività f'kundizzjonijiet reali ta' użu tevolvi maż-żmien.

Artikolu 12 2.

Għall-iskop imsemmi fil-paragrafu 1, sa mill-1 ta' Jannar 2021, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-parametri li ġejjin relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u l-konsum tal-fjuwil jew tal-enerġija f'kundizzjonijiet reali ta' użu ta' karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħha f'intervalli regolari, mill-manifatturi, l-awtoritajiet nazzjonali jew permezz tat-trasferiment dirett ta' data mill-vetturi, skont il-każ:

(a) 

in-numru ta' identifikazzjoni tal-vettura;

(b) 

il-fjuwil u/jew l-enerġija elettrika kkunsmati;

(c) 

id-distanza totali magħmula;

(d) 

għal vetturi elettriċi ibridi karikabbli esternament, il-fjuwil u l-enerġija elettrika kkunsmati u d-distanza magħmula, distribwiti fuq modalitajiet ta' sewqan differenti;

(e) 

parametri oħra meħtieġa biex jiġi żgurat li l-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu ssodisfati.

Il-Kummissjoni għandha tipproċessa d-data li tirċievi taħt l-ewwel subparagrafu biex toħloq settijiet ta' data anonimizzati u aggregati, inkluż skont il-manifattur, għall-finijiet tal-paragrafu 1. In-numri ta' identifikazzjoni tal-vetturi għandhom jintużaw biss għall-finijiet tal-ipproċessar ta' dik id-data u m'għandhomx jinżammu aktar milli jkun hemm bżonn għal dak l-għan.

Artikolu 12 3.
Sabiex jiġi evitat li d-diskrepanza fl-emissjonijiet f’kundizzjonijiet reali tikber, il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Ġunju 2023, tivvaluta kif id-data dwar il-konsum tal-fjuwil u tal-enerġija f'kundizzjonijiet reali miġbura skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/392 ( 2 ) tista' tintuża biex jiġi żgurat li l-valuri tal-emissjonijiet ta' CO2 u tal-konsum tal-fjuwil jew tal-enerġija tal-vetturi ddeterminati skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 jibqgħu rappreżentattivi tal-emissjonijiet f'kundizzjonijiet reali maż-żmien għal kull manifattur.

Il-Kummissjoni għandha timmonitorja u tirrapporta kull sena dwar kif tevolvi d-diskrepanza msemmija fl-ewwel subparagrafu mill-2021 'il quddiem u għandha, hekk kif tkun disponibbli biżżejjed data, u mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2026, tippubblika rapport li jistabbilixxi metodoloġija għal mekkaniżmu biex jiġu aġġustati l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 tal-manifattur mill-2030 bl-użu ta' data f’kundizzjonijiet reali miġbura skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2021/392, u li jivvaluta l-fattibbiltà ta' tali mekkaniżmu.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, inkluż, fejn xieraq, proposti għal miżuri ta' segwitu, bħal proposti leġiżlattivi biex jitqiegħed fis-seħħ tali mekkaniżmu.

Artikolu 12 4.
Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-proċedura dettaljata għall-ġbir u l-ipproċessar tad-data msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.07.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0631
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.