+Artikolu 15 Rieżami u rappurtar
---+Artikolu 15 1.
---+Artikolu 15 6.
---+Artikolu 15 7.
---+Artikolu 15 8.
---+Artikolu 15 9.

Artikolu 15 Rieżami u rappurtar

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 15 1.
Fl-2026, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-effettività u l-impatt ta' dan ir-Regolament, filwaqt li tibni fuq ir-rapportar ta' kull sentejn, u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bir-riżultat tar-rieżami. Il-Kummissjoni għandha b'mod partikolari tivvaluta l-progress li jkun sar skont dan ir-Regolament lejn il-kisba tal-miri ta' tnaqqis stipulati fl-Artikolu 1(5a), b’kont meħud tal-iżviluppi teknoloġiċi, inkluż fir-rigward ta' teknoloġiji ibridi plug-in, u l-importanza ta' tranżizzjoni ekonomikament vijabbli u soċjalment ġusta għal mobilità b’emissjonijiet żero. Abbażi ta' dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtieġa li tirrevedi l-miri stipulati fl-Artikolu 1(5a). Il-Kummissjoni għandha tivvaluta wkoll l-impatti tal-istabbiliment ta' limiti minimi tal-effiċjenza enerġetika għal karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief ġodda b'emissjonijiet żero mqiegħda fis-suq tal-Unjoni.

Ir-rapport għandu, fejn xieraq, ikun akkumpanjat minn proposta biex jiġi emendat dan ir-Regolament.

Artikolu 15 6.
Sal-31 ta' Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha tagħmel rieżami tad-Direttiva 1999/94/KE u fiha tikkunsidra l-ħtieġa li l-konsumaturi jingħataw informazzjoni preċiża, robusta u komparabbli dwar il-konsum tal-fjuwil u tal-enerġija, l-emissjonijiet ta' CO2 u l-emissjonijiet ta' sustanzi niġġiesa minn karozzi ġodda tal-passiġġieri introdotti fis-suq, inkluż f'kundizzjonijiet reali, kif ukoll tevalwa l-opzjonijiet għall-introduzzjoni ta' tikketta tal-ekonomija fil-fjuwil u l-emissjonijiet ta' CO2 għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda.

Ir-rieżami għandu, fejn xieraq, ikun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva.

Artikolu 15 7.
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tiddetermina l-parametri ta' korrelazzjoni meħtieġa sabiex tkun riflessa kwalunkwe bidla fil-proċedura ta' ttestjar regolatorja għall-kejl tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 imsemmija fir-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 692/2008 u, jekk ikun applikabbli, fir-Regolament (UE) 2017/1151. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2) ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 15 8.
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 17 sabiex temenda dan ir-Regolament billi tadatta l-formuli li jinsabu fl-Anness I, billi tuża l-metodoloġija adottata skont il-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu, filwaqt li tiżgura li r-rekwiżiti għat-tnaqqis ta' restrizzjoni komparabbli għall-manifatturi u vetturi ta' utilità differenti jkunu meħtieġa taħt il-proċeduri ta' ttestjar il-qodma u l-ġodda.
Artikolu 15 9.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 17 sabiex temenda l-formuli stabbiliti fil-Parti B tal-Anness I, meta tali emendi jkunu meħtieġa sabiex titqies il-proċedura għal vetturi N1 b'diversi stadji stabbiliti fil-Parti A tal-Anness III.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.07.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0631
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.