|
+Artikolu 5 Żvilupp u implimentazzjoni tal-politika u l-liġi tal-Unjoni |
Artikolu 5 Żvilupp u implimentazzjoni tal-politika u l-liġi tal-UnjoniArtikolu 5 Żvilupp u implimentazzjoni tal-politika u l-liġi tal-Unjoni L-ENISA għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika u l-liġi tal-Unjoni, billi:
(1)
tassisti u tagħti pariri dwar l-iżvilupp u r-rieżami tal-politika u tal-liġi tal-Unjoni fil-qasam ta-ċibersigurtà, u dwar inizjattivi ta’ politika u tal-liġi speċifiċi għas-settur fejn ikunu involuti, b’mod partikolari billi tipprovdi l-opinjoni u l-analiżi indipendenti tagħha kif ukoll billi twettaq xogħol preparatorju;
(2)
tassiti lill-Istati Membri jimplimentaw il-politika u l-liġi tal-Unjoni fir-rigward taċ-ċibersigurtà b’mod konsistenti, b’mod partikolari fir-rigward tad-Direttiva (UE) 2016/1148, inkluż permezz tal-ħruġ ta’ opinjonijiet, linji gwida, l-għoti ta’ pariri u l-aħjar prattiki dwar suġġetti bħalma huma l-ġestjoni tar-riskju, ir-rappurtar tal-inċidenti u l-qsim tal-informazzjoni, kif ukoll permezz tal-faċilitazzjoni tal-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-awtoritajiet kompetenti f’dak ir-rigward;
(3)
tassisti lill-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji fl-iżvilupp u l-promozzjoni ta’ politiki dwar iċ-ċibersigurtà li jappoġġaw id-disponibbiltà jew l-integrità ġenerali tal-qalba essenzjali pubblika tal-Internet miftuħ;
(4)
tikkontribwixxi għax-xogħol tal-Grupp ta’ kooperazzjoni skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva (UE) 2016/1148, billi tipprovdi l-għarfien espert u l-għajnuna tagħha;
(5)
tappoġġa:
(a)
l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-identità elettronika u s-servizzi fiduċjarji, b’mod partikolari billi tipprovdi pariri u toħroġ linji gwida tekniċi, kif ukoll billitiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-awtoritajiet kompetenti;
(b)
il-promozzjoni ta’ livell imtejjeb tas-sigurtà tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, anke billi tipprovdi pariri u għarfien espert, kif ukoll billi tiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiċi bejn l-awtoritajiet kompetenti;
(c)
l lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta’ aspetti speċifiċi marbutin maċ-ċibersigurtà tal-politika u l-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data u l-privatezza, inkluż billi tipprovdi pariri lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fuq talba.
(6)
l-appoġġ tar-rieżami regolari tal-attivitajiet ta’ politika tal-Unjoni billi tipprepara rapport annwali dwar l-istat tal-implimentazzjoni tal-qafas legali rispettiv fi-rigward ta’:
(a)
informazzjoni dwar in-notifiki tal-inċidenti mill-Istati Membri kif provduti mill-punti uniċi ta’ kuntatt lill-Grupp ta’ kooperazzjoni skont l-Artikolu 10(3) tad-Direttiva (UE) 2016/1148;
(b)
taqsiriet tan-notifiki dwar vjolazzjonijiet tas-sigurtà jew nuqqas ta’ integrità riċevuti minn fornituri ta’ servizzi ta’ fiduċja pprovduti mill-korpi superviżorji lill-ENISA, skont l-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) 910/2014tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );
(c)
notifiki ta’ inċidenti tas-sigurtà trasmessi mill-fornituri ta’netwerks ta’ komunikazzjoni elettronika pubbliċi jew servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament, pprovduti mill-awtoritajiet kompetenti lill-ENISA, skont l-Artikolu 40 tad-Direttiva (UE) 2018/1972. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|