+Artikolu 7 Kooperazzjoni operazzjonali fil-livell tal-Unjoni
---+Artikolu 7 1.
---+Artikolu 7 2.
---+Artikolu 7 3.
---+Artikolu 7 4.
---+Artikolu 7 5.
---+Artikolu 7 6.
---+Artikolu 7 7.
|
Artikolu 7 Kooperazzjoni operazzjonali fil-livell tal-Unjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 7 1.
|
L-ENISA għandha tappoġġa l-kooperazzjoni operazzjonali bejn l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, u bejn il-partijiet ikkonċernati.
|
|
Artikolu 7 2.
|
L-ENISA għandha tikkoopera fil-livell operazzjonali u tistabbilixxi sinerġiji mal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, inkluż is-CERT-UE, ma’ dawk is-servizzi involuti fil-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità u mal-awtoritajiet superviżorji li jittrattaw il-ħarsien tal-privatezza u tad-data personali, bil-għan li jiġu indirizzati kwistjonijiet ta’ interess komuni, inkluż permezz ta’:
(a)
l-iskambju tal-għarfien espert u l-aħjar prattiki;
(b)
il-forniment ta’ pariri u l-ħruġ ta’ linji gwida dwar kwistjonijiet rilevanti marbuta maċ-ċibersigurtà;
(c)
l-istabbiliment ta’ arranġamenti prattiċi għall-eżekuzzjoni ta’ kompiti speċifiċi, wara li tikkonsulta l-Kummissjoni.
|
|
Artikolu 7 3.
|
L-ENISA għandha tipprovdi lis-Segretarjat tan-netwerk tas-CSIRTs, skont l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva (UE) 2016/1148 u f’dik il-kapaċità għandha tappoġġa b’mod attiv il-kondiviżjoni tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni fost il-membri tagħha.
|
|
Artikolu 7 4.
|
L-ENISA għandha tappoġġa lill-Istati Membri fir-rigward tal-kooperazzjoni operazzjonali fi ħdan in-netwerk tas-CSIRTs billi:
(a)
tagħti pariri dwar kif jistgħu itejbu l-kapaċitajiet tagħhom għall-prevenzjoni u l-kxif ta’ inċidenti kif ukoll għar-rispons għalihom u, fuq talba ta’ Stat Membru wieħed jew aktar, tagħti pariri fir-rigward ta’ theddida ċibernetika speċifika;
(b)
tassisti, fuq talba ta’ Stat Membru wieħed jew aktar, fil-valutazzjoni ta’ inċidenti li jkollhom impatt sinifikanti jew sostanzjali, permezz tal-provvista ta’ għarfien espert u tiffaċilita l-ġestjoni teknika ta’ inċidenti bħal dawn inkluż b’mod partikolari billi tappoġġa l-kondiviżjoni volontarja ta’ informazzjoni rilevanti u soluzzjonijiet tekniċi bejn l-Istati Membri;
(c)
tanalizza vulnerabbiltajiet u inċidenti abbażi ta’ informazzjoni disponibbli pubblikament jew informazzjoni pprovduta volontarjament mill-Istati Membri għal dak il-għan; u
(d)
fuq talba ta’ Stat Membru wieħed jew aktar, tipprovdi appoġġ fir-rigward ta’ inkjesti tekniċi ex post fir-rigward ta’ inċidenti li jkollhom impatt sinifikanti jew sostanzjali fit-tifsira tad-Direttiva (UE) 2016/1148.
Fit-twettiq ta’ dawk il-kompiti, l-ENISA u s-CERT-UE għandhom ikunu involuti f’kooperazzjoni strutturata biex jibbenefikaw mis-sinerġiji ubiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-attivitajiet.
|
|
Artikolu 7 5.
|
L-ENISA għandha torganizza regolarment eżerċizzji taċ-ċibersigurtà fil-livell tal-Unjoni, u għandha tappoġġa lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni fl-organizzazzjoni tal-eżerċizzji ta’ ċibersigurtà fuq talba/iet tagħhom. Dawn l-eżerċizzji ta’ ċibersigurtà fil-livell tal-Unjoni jistgħu jinkludu elementi tekniċi, operazzjonali jew strateġiċi. Darba kull sentejn, l-ENISA għandha torganizza eżerċizzju komprensiv fuq skala kbira. Fejn ikun xieraq, l-ENISA għandha tikkontribwixxi wkoll għal eżerċizzji settorjali taċ-ċibersigurtà u tgħin fl-organizzazzjoni tagħhom flimkien ma’ organizzazzjonijiet rilevanti li jieħdu sehem ukoll f’eżerċizzji taċ-ċibersigurtà fil-livell tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 7 6.
|
L-ENISA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, għandha tħejji Rapport Tekniku regolari dettaljat dwar is-Sitwazzjoni taċ-Ċibersigurtà fl-UE rigward inċidenti u theddid ċibernetiku bbażat fuq informazzjoni disponibbli pubblikament, l-analiżi tagħha u r-rapporti kondiviżi minn, fost l-oħrajn, is-CSIRTs tal-Istati Membri jew il-punti uniċi ta’ kuntatt stabbiliti bid-Direttiva (UE) 2016/1148, it-tnejn fuq bażi volontarja,l-EC3,u s-CERT-UE.
|
|
Artikolu 7 7.
|
L-ENISA għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ rispons kooperattiv, fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri, għal inċidenti jew kriżijiet taċ-ċibersigurtà transfruntiera fuq skala kbira, l-aktar billi:
(a)
tiġbor flimkien u tanalizza r-rapporti minn sorsi nazzjonali li jkunu fl-isfera pubblika jew kondiviżi fuq bażi volontarja bil-għan li tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta’ għarfien komuni tas-sitwazzjoni;
(b)
tiżgura l-fluss effiċjenti tal-informazzjoni u l-forniment tal-mekkaniżmi ta’ eskalazzjoni bejn in-Netwerk tas-CSIRTs u dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet tekniċi u politiċi fil-livell tal-Unjoni;
(c)
fuq talba, tiffaċilita, l-indirizzar tekniku ta’ inċidenti jew kriżijiet bħal dawn, inkluż, b’mod partikolari, billi tappoġġa l-kondiviżjoni volontarja ta’ soluzzjonijiet tekniċi bejn l-Istati Membri;
(d)
tappoġġa lill-istituzzjonijiet il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u, fuq talba tagħhom, lill-Istati Membri, fil-komunikazzjoni pubblika relatata ma’ tali inċidenti jew kriżijiet;
(e)
tittestja l-pjanijiet ta’ kooperazzjoni għar-rispons għal inċidenti jew kriżijiet bħal dawn fil-livell tal-Unjoni, fuq talba tagħhom stess, tappoġġa lill-Istati Membri jittestjaw dawn il-pjanijiet fil-livell nazzjonali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 04.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0881
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|