+Artikolu 8 Suq, ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, u standardizzazzjoni
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8 4.
---+Artikolu 8 5.
---+Artikolu 8 6.
---+Artikolu 8 7.

Artikolu 8 Suq, ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, u standardizzazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 8 1.

L-ENISA għandha tappoġġja u tippromwovi l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT u tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti fir-rigward taċ-ċibersigurtà, kif stabbilit fit-Titolu III ta’ dan ir-Regolament, billi:

▼B

(a) 

tissorvelja l-iżviluppi, fuq bażi kontinwa, f’oqsma relatati ta’ standardizzazzjoni u tirrakkomanda speċifikazzjonijiet tekniċi adatti biex jintużaw fl-iżvilupp tal-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà skont il-punt (c) tal-Artikolu 54(1) fejn ma jkunx hemm standards disponibbli;

▼M1

(b) 

tħejji skemi kandidati Ewropej għaċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà (“skemi kandidati”) tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT u tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti skont l-Artikolu 49;

▼B

(c) 

tevalwa l-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà adottati f’konformità mal-Artikolu 49(8).

(d) 

tieħu sehem f’rieżamijiet bejn il-pari skont l-Artikolu 59(4);

(e) 

tassisti lill-Kummissjoni billi tipprovdi s-segretarjat lill-ECCG skont l-Artikolu 62(5).

Artikolu 8 2.
L-ENISA għandha tipprovdi s-segretarjat tal-Grupp Ewropew taċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà skont l-Artikolu 202(4).
Artikolu 8 3.
L-ENISA għandha tikkompila u tippubblika linji gwida u tiżviluppa prattiki tajbin, fir-rigward tar-rekwiżiti għaċ-ċibersigurtà tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT u tas-servizzi tas-sigurtà ġestita, b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà u l-industrija bi proċess formali, strutturat u trasparenti.
Artikolu 8 4.
L-ENISA għandha tikkontribwixxi għal tisħiħ tal-kapaċitajiet relatati mal-proċessi ta’ evalwazzjoni u ċertifikazzjoni billi tikkompila u toħroġ linji gwida kif ukoll tipprovdi appoġġ lill-Istati Membri fuq talba min-naħa tagħhom.
Artikolu 8 5.
L-ENISA għandha tiffaċilita l-istabbiliment u l-użu ta’ standards Ewropej u internazzjonali għall-ġestjoni tar-riskji u għas-sigurtà tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT u tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti.
Artikolu 8 6.
L-ENISA għandha tħejji, f’kollaborazzjoni mal-Istati Membri u l-industrija, pariri u linji gwida rigward l-oqsma tekniċi marbuta mar-rekwiżiti tas-sigurtà għall-operaturi ta’ servizzi essenzjali u għall-fornituri tas-servizzi diġitali, kif ukoll rigward standards li diġà jeżistu, inkluż standards nazzjonali tal-Istati Membri skont l-Artikolu 19(2) tad-Direttiva (UE) 2016/1148.
Artikolu 8 7.
L-ENISA għandha twettaq analiżijiet regolari u xxerridhom rigward ix-xejriet ewlenin fis-suq taċ-ċibersigurtà, kemm min-naħa tad-domanda kif ukoll min-naħa tal-provvista, bil-għan li ssir promozzjoni tas-suq taċ-ċibersigurtà fl-Unjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0881
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.