+Artikolu 24 Dokument uniku tal-programmazzjoni
---+Artikolu 24 1.
---+Artikolu 24 2.
---+Artikolu 24 3.
---+Artikolu 24 4.
---+Artikolu 24 5.
---+Artikolu 24 6.
---+Artikolu 24 7.
---+Artikolu 24 8.
|
Artikolu 24 Dokument uniku tal-programmazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 24 1.
|
L-ENISA għandha topera f’konformità ma’ dokument uniku tal-programmazzjoni li jkun fih il-pjan annwali u pluriennali tagħha, li għandu jinkludi l-attivitajiet kollha ppjanati tagħha.
|
|
Artikolu 24 2.
|
Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji abbozz ta’ dokument uniku tal-programmazzjoni li jkun fih il-pjan annwali u pluriennali flimkien mal-ippjanar korrispondenti finanzjarju u għar-riżorsi umani f’konformità mal-Artikolu 32 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (
3
) u b’kont meħud tal-linji gwida stabbiliti mill-Kummissjoni.
|
|
Artikolu 24 3.
|
Sat-30 ta’ Novembru ta’ kull sena, il-Bord ta’ Tmexxija għandu jadotta d-dokument uniku tal-programmazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 u għandu jgħaddih lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara, kif ukoll kwalunkwe verżjoni ta’ dak id-dokument aġġornata sussegwentement.
|
|
Artikolu 24 4.
|
Id-dokument uniku tal-programmazzjoni għandu jsir finali wara l-adozzjoni definittiva tal-baġit ġenerali tal-Unjoni u għandu jiġi aġġustat kif meħtieġ.
|
|
Artikolu 24 5.
|
Il-programm ta’ ħidma annwali għandu jinkludi objettivi dettaljati u riżultati mistennija, inklużi indikaturi tal-prestazzjoni. Dan għandu jinkludi wkoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati u indikazzjoni tar-riżorsi finanzjarji u umani allokati għal kull azzjoni, f’konformità mal-prinċipji tal-ibbaġitjar u tal-ġestjoni bbażati fuq l-attività. Il-programm ta’ ħidma annwali għandu jkun koerenti mal-programm ta’ ħidma pluriennali msemmi fil-paragrafu 7. Dan għandu jindika b’mod ċar il-kompiti li jkunu żdiedu, inbidlu jew tħassru meta mqabbel mas-sena finanzjarja ta’ qabel.
|
|
Artikolu 24 6.
|
Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jemenda l-programm ta’ ħidma annwali adottat meta jiġi assenjat kompitu ġdid lill-ENISA. Kull emenda sostanzjali fil-programm ta’ ħidma annwali għandha tiġi adottata bl-istess proċedura bħal dik użata biex jiġi adottat l-ewwel programm ta’ ħidma annwali. Il-Bord ta’ Tmexxija jista’ jiddelega s-setgħa lid-Direttur Eżekuttiv biex jagħmel emendi mhux sostanzjali fil-programm ta’ ħidma annwali.
|
|
Artikolu 24 7.
|
Il-programm ta’ ħidma pluriennali għandu jistabbilixxi l-programmazzjoni strateġika ġenerali, inkluż l-objettivi, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi tal-prestazzjoni. Dan għandu jistabbilixxi wkoll il-programmazzjoni tar-riżorsi inkluż il-baġit pluriennali u l-persunal.
|
|
Artikolu 24 8.
|
Il-pjan għar-riżorsi għandu jiġi aġġornat kull sena. Il-pjan strateġiku għandu jiġi aġġornat kull meta jkun xieraq u b’mod partikolari fejn dan ikun meħtieġ biex jiġi indirizzat l-eżitu tal-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 67.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 04.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0881
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|