+Artikolu 46 Qafas Ewropew taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà
---+Artikolu 46 1.
---+Artikolu 46 2.

Artikolu 46 Qafas Ewropew taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 46 1.
Il-qafas Ewropew taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandu jkun stabbilit sabiex itejjeb il-kundizzjonijiet għall-funzjonament tas-suq intern billi jżid il-livell taċ-ċibersigurtà fl-Unjoni u jippermetti approċċ armonizzat fil-livell tal-Unjoni għall-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, bil-ħsieb li jinħoloq suq uniku diġitali tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT u tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti.
Artikolu 46 2.
Il-qafas Ewropew taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandu jipprevedi mekkaniżmu li jistabbilixxi skemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà u li jikkonferma li l-prodotti tal-ICT, is-servizzi tal-ICT u l-proċessi tal-ICT li jkunu ġew evalwati f’konformità ma’ tali skemi jkunu konformi ma’ rekwiżiti tas-sigurtà speċifikati għall-finijiet tal-protezzjoni tad-disponibbiltà, tal-awtentiċità, tal-integrità jew tal-kunfidenzjalità tad-data maħżuna jew trażmessa jew ipproċessata jew tal-funzjonijiet jew tas-servizzi offruti minn, jew aċċessibbli permezz, ta’ dawk il-prodotti, is-servizzi u l-proċessi tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom. Barra minn hekk, għandu jikkonferma li s-servizzi tas-sigurtà ġestiti li jkunu ġew evalwati f’konformità ma’ tali skemi jkunu konformi ma’ rekwiżiti tas-sigurtà speċifikati għall-finijiet tal-protezzjoni tad-disponibbiltà, tal-awtentiċità, tal-integrità u tal-kunfidenzjalità tad-data li tiġi aċċessata, ipproċessata, maħżuna jew trażmessa b’rabta mal-forniment ta’ dawk is-servizzi, u li dawk is-servizzi jingħataw kontinwament bil-kompetenza, bl-għarfien espert u bl-esperjenza meħtieġa minn persunal b’livell suffiċjenti u xieraq ta’ għarfien tekniku rilevanti u integrità professjonali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0881
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.