+Artikolu 47 Programm ta’ ħidma kontinwu tal-Unjoni taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà Ewropea
---+Artikolu 47 1.
---+Artikolu 47 2.
---+Artikolu 47 3.
---+Artikolu 47 4.
---+Artikolu 47 5.
|
Artikolu 47 Programm ta’ ħidma kontinwu tal-Unjoni taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà Ewropea
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 47 1.
|
Il-Kummissjoni għandha tippubblika programm ta’ ħidma kontinwu tal-Unjoni għaċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà Ewropea (“il-programm ta’ ħidma kontinwu tal-Unjoni”) li għandu jidentifika l-prijoritajiet strateġiċi għal skemi futuri Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà.
|
|
Artikolu 47 2.
|
Il-programm ta’ ħidma kontinwu tal-Unjoni għandu b’mod partikolari jinkludi lista tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT u tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti, jew il-kategoriji tagħhom, li jistgħu jibbenefikaw jekk jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà.
|
|
Artikolu 47 3.
|
L-inklużjoni fil-programm ta’ ħidma kontinwu tal-Unjoni tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT jew tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti speċifiċi, jew tal-kategoriji tagħhom, għandha tiġi ġġustifikata abbażi ta wieħed jew aktar mir-raġunijiet li ġejjin:
(a)
id-disponibbiltà u l-iżvilupp ta’ skemi nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà li jkopru kategorija speċifika tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT jew tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti u b’mod partikolari, fir-rigward tar-riskju ta’ frammentazzjoni;
▼B
(b)
liġi jew politika rilevanti tal-Unjoni jew tal-Istati Membriu;
▼M1
(ca)
l-iżviluppi teknoloġiċi u d-disponibbiltà u l-iżvilupp ta’ skemi internazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà u standards internazzjonali u standards użati mill-industrija;
▼B
(d)
żviluppi fl-ambjent tat-theddid ċibernetiku;
(e)
talba għat-tħejjija ta’ skema kandidata speċifika proposta mill-Grupp Konsultattiv Ewropew għall-Konsumaturi (ECCG).
|
|
Artikolu 47 4.
|
Il-Kummissjoni għandha tieħu kont dovut tal-opinjonijiet maħruġa mill-ECCG u l-Grupp taċ-Ċertifikazzjoni tal-Partijiet Ikkonċernati dwar l-abbozz tal-Programm ta’ ħidma kontinwu tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 47 5.
|
L-ewwel programm ta’ ħidma kontinwu tal-Unjoni għandu jiġi ppubblikat sat-28 ta’ Ġunju 2020. Il-Programm ta’ ħidma kontinwu tal-Unjoni għandu jiġi aġġornat, tal-inqas kull tliet snin u aktar ta’ spiss jekk meħtieġ.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 04.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0881
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|