+Artikolu 51a Objettivi marbutin mas-sigurtà tal-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għas-servizzi tas-sigurtà ġestiti

Artikolu 51a Objettivi marbutin mas-sigurtà tal-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għas-servizzi tas-sigurtà ġestiti

Artikolu 51a

Objettivi marbutin mas-sigurtà tal-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għas-servizzi tas-sigurtà ġestiti

Skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għas-servizzi tas-sigurtà ġestiti għandha titfassal b’tali mod li tikseb, kif applikabbli, tal-inqas l-objettivi marbutin mas-sigurtà li ġejjin:

(a) 

li s-servizzi tas-sigurtà ġestiti jingħataw il-kompetenza, l-għarfien espert u l-esperjenza meħtieġa, inkluż li l-persunal inkarigat mill-forniment ta’ dawk is-servizzi jkollu livell suffiċjenti u xieraq ta’ għarfien tekniku u kompetenza fil-qasam speċifiku, esperjenza suffiċjenti u xierqa, u l-ogħla livell ta’ integrità professjonali;

(b) 

li l-fornitur ikollu fis-seħħ proċeduri interni xierqa biex jiżgura li s-servizzi tas-sigurtà ġestiti jingħataw b’livell suffiċjenti u xieraq ta’ kwalità f’kull ħin;

(c) 

li d-data aċċessata, maħżuna, trażmessa jew ipproċessata b’xi mod ieħor fir-rigward tal-forniment tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti jkunu protetti kontra aċċess aċċidentali jew mhux awtorizzat, ħżin, żvelar, qerda, ipproċessar ieħor, jew telf jew alterazzjoni jew nuqqas ta’ disponibbiltà;

(d) 

li d-disponibbiltà ta’, u l-aċċess għad-data, is-servizzi u l-funzjonijiet jitreġġgħu lura fil-ħin fil-każ ta’ inċident fiżiku jew tekniku;

(e) 

li l-persuni, il-programmi jew il-magni awtorizzati jkunu jistgħu jaċċessaw biss id-data, is-servizzi jew il-funzjonijiet li jirreferu għalihom id-drittijiet tal-aċċess tagħhom;

(f) 

li reġistru jinżamm u jkun disponibbli għal valutazzjoni tad-data, servizzi jew funzjonijiet li jkunu ġew aċċessati, użati jew ipproċessati b’xi mod ieħor, f’liema ħinijiet u minn min;

(g) 

li l-prodotti tal-ICT, is-servizzi tal-ICT u l-proċessi tal-ICT użati waqt il-forniment tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti jkunu siguri mid-disinn u b’mod awtomatiku, u, fejn applikabbli, jinkludu l-aħħar aġġornamenti tas-sigurtà u ma jkollhomx vulnerabbiltajiet magħrufa pubblikament.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0881
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.