+Artikolu 53 Awtovalutazzjoni tal-konformità
---+Artikolu 53 1.
---+Artikolu 53 2.
---+Artikolu 53 3.
---+Artikolu 53 4.
---+Artikolu 53 5.

Artikolu 53 Awtovalutazzjoni tal-konformità

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 53 1.
Skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tista’ tippermetti l-awtovalutazzjoni tal-konformità taħt ir-responsabbiltà esklużiva tal-manifattur jew tal-fornitur ta’ prodotti tal-ICT, servizzi tal-ICT, proċessi tal-ICT jew servizzi tas-sigurtà ġestiti. L-awtovalutazzjoni tal-konformità għandha tkun permessa biss fir-rigward tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT u tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti li jippreżentaw riskju baxx li jikkorrispondi għal-livell ta’ assigurazzjoni “bażiku”.
Artikolu 53 2.
Il-manifattur jew il-fornitur ta’ prodotti tal-ICT, servizzi tal-ICT, proċessi tal-ICT jew servizzi tas-sigurtà ġestiti jista’ joħroġ dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE li tiddikjara li ġew issodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fl-iskema. Permezz tal-ħruġ ta’ tali dikjarazzjoni, il-manifattur jew il-fornitur tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT jew tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti għandu jassumi r-responsabbiltà għall-konformità tal-prodott tal-ICT, tas-servizz tal-ICT, tal-proċess tal-ICT jew tas-servizz tas-sigurtà ġestit mar-rekwiżiti stabbiliti fl-iskema.
Artikolu 53 3.
Il-manifattur jew il-fornitur ta’ prodotti tal-ICT, servizzi tal-ICT, proċessi tal-ICT jew servizzi tas-sigurtà ġestiti għandu jagħmel id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE, id-dokumentazzjoni teknika, u l-informazzjoni rilevanti l-oħra kollha relatata mal-konformità tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT jew tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti mal-iskema disponibbli lill-awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà nominata skont l-Artikolu 58 għall-perijodu previst fl-iskema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà korrispondenti. Kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tiġi ppreżentata lill-awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà u lill-ENISA.
Artikolu 53 4.
Il-ħruġ ta’ dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE huwa volontarju, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor fid-dritt tal-Unjoni jew fid-dritt tal-Istati Membri.
Artikolu 53 5.
Id-dikjarazzjonijiet tal-konformità tal-UE għandhom ikunu rikonoxxuti fl-Istati Membri kollha.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0881
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.