+Artikolu 56 Ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà
---+Artikolu 56 1.
---+Artikolu 56 2.
---+Artikolu 56 3.
---+Artikolu 56 4.
---+Artikolu 56 5.
---+Artikolu 56 6.
---+Artikolu 56 7.
---+Artikolu 56 8.
---+Artikolu 56 9.
---+Artikolu 56 10.

Artikolu 56 Ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 56 1.
Il-prodotti tal-ICT, is-servizzi tal-ICT, il-proċessi tal-ICT u s-servizzi tas-sigurtà ġestiti li jkunu ġew iċċertifikati taħt skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà adottata skont l-Artikolu 49 għandhom ikunu preżunti konformi mar-rekwiżiti ta’ tali skema.
Artikolu 56 2.
Iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandha tkun volontarja, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor fil-liġi tal-Unjoni jew fil-liġi tal-Istati Membri.
Artikolu 56 3.
►M1  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta b’mod regolari l-effiċjenza u l-użu tal-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà adottati u jekk xi skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà speċifika għandhiex issir obbligatorja permezz ta’ liġi rilevanti tal-Unjoni biex jiġi żgurat livell adegwat ta’ ċibersigurtà tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT u mill-4 ta’ Frar 2025, tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti fl-Unjoni u jittejjeb il-funzjonament tas-suq intern. L-ewwel valutazzjoni għandha titwettaq sal-31 ta’ Diċembru 2023, u valutazzjonijiet sussegwenti għandhom jitwettqu tal-inqas kull sentejn wara dan. Abbażi tal-eżitu ta’ dawk il-valutazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tidentifika l-prodotti tal-ICT, is-servizzi tal-ICT, il-proċessi tal-ICT u s-servizzi tas-sigurtà ġestiti koperti bi skema taċ-ċertifikazzjoni eżistenti li għandhom ikunu koperti bi skema taċ-ċertifikazzjoni obbligatorja. ◄

Bħala prijorità, il-Kummissjoni għandha tiffoka fuq is-setturi elenkati fl-Anness II għad-Direttiva (UE) 2016/1148, li għandhom jiġu vvalutati mhux aktar tard minn sentejn wara l-adozzjoni tal-ewwel skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà.

Meta tħejji l-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha:

(a) 

tieħu kont tal-impatt tal-miżuri fuq il-manifatturi jew il-fornituri ta’ tali prodotti tal-ICT, servizzi tal-ICT, proċessi tal-ICT jew servizzi tas-sigurtà ġestiti u fuq l-utenti f’termini ta’ spiża ta’ dawk il-miżuri u l-benefiċċji soċjetali jew ekonomiċi li jirriżultaw mil-livell imtejjeb antiċipat ta’ sigurtà għall-prodotti tal-ICT, is-servizzi tal-ICT, il-proċessi tal-ICT jew is-servizzi tas-sigurtà ġestiti fil-mira;

(b) 

tieħu kont tal-eżistenza u l-implimentazzjoni tal-liġi rilevanti tal-Istati Membri u ta’ pajjiżi terzi;

(c) 

twettaq proċess ta’ konsultazzjoni miftuħ, trasparenti u inklużiv mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha u mal-Istati Membri;

(d) 

tqis kull implimentazzjoni, miżura u perjodu tranżizzjonali, b’mod partikolari fir-rigward tal-impatt possibbli tal-miżuri fuq il-manifatturi jew il-fornituri tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT, jew tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti, inkluż l-interessi u l-ħtiġijiet speċifiċi tal- SMEs, inklużi l-mikrointrapriżi;

(e) 

tipproponi l-aktar mod rapidu u effiċjenti li bih trid tiġi implimentata t-transizzjoni minn skemi volontarji taċ-ċertifikazzjoni għal dawk obbligatorji.

Artikolu 56 4.
Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 60 għandhom joħorġu ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà skont dan l-Artikolu li jirreferu għal-livell ta’ assigurazzjoni “bażiku” jew “sostanzjali” abbażi tal-kriterji inklużi fl-iskema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 49.
Artikolu 56 5.

B’deroga mill-paragrafu 4, f’każijiet debitament ġustifikati, skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tista’ tipprevedi li ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà li jirriżultaw minn dik l-iskema jridu jinħarġu biss minn korp pubbliku. Tali korp għandu jkun wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) 

awtorità nazzjonali responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà msemmija fl-Artikolu 58(1); jew

(b) 

korp pubbliku li jkun akkreditat bħala korp ta’ valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 60(1).

Artikolu 56 6.

Fejn skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà adottata skont l-Artikolu 49 teħtieġ livell ta’ assigurazzjoni “għoli”, iċ-ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà taħt dik l-iskema jrid jinħareġ biss minn awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà fil-każijiet li ġejjin, minn korp ta’ valutazzjoni tal-konformità:

(a) 

bl-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità nazzjonali responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għal kull ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà individwali maħruġ minn korp ta’ valutazzjoni tal-konformità; jew

(b) 

abbażi ta’ delega ġenerali tal-kompitu ta’ ħruġ ta’ tali ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà lil korp ta’ valutazzjoni tal-konformità mill-awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà.

Artikolu 56 7.
Il-persuna fiżika jew ġuridika li tippreżenta prodotti tal-ICT, servizzi tal-ICT, proċessi tal-ICT jew servizzi tas-sigurtà ġestiti għal ċertifikazzjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà nominata skont l-Artikolu 58, meta dik l-awtorità tkun il-korp li joħroġ iċ-ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà, jew il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità msemmi fl-Artikolu 60, kull informazzjoni meħtieġa biex twettaq iċ-ċertifikazzjoni.
Artikolu 56 8.
Id-detentur ta’ ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà għandu jinforma lill-awtorità jew korp imsemmi fil-paragrafu 7 b’kull vulnerabbiltà jew irregolarità li jiskopri sussegwentement rigward is-sigurtà tal-prodott tal-ICT, tas-servizz tal-ICT, tal-proċess tal-ICT jew tas-servizz tas-sigurtà ġestit iċċertifikat li jista’ jħalli impatt fuq il-konformità mar-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni. Dik l-awtorità jew il-korp għandhom jibagħtu dik l-informazzjoni mingħajr dewmien żejjed lill-awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà kkonċernata.
Artikolu 56 9.
Ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà għandu jinħareġ għall-perijodu previst fl-iskema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà u jistgħu jiġġeddu,dment li jibqgħu jiġu ssodisfati r-rekwiżiti rilevanti.
Artikolu 56 10.
Ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà maħruġ skont dan l-Artikolu għandu jiġi rikonoxxut fl-Istati Membri kollha.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0881
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.