+Artikolu 56 3.

Artikolu 56 3.

►M1  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta b’mod regolari l-effiċjenza u l-użu tal-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà adottati u jekk xi skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà speċifika għandhiex issir obbligatorja permezz ta’ liġi rilevanti tal-Unjoni biex jiġi żgurat livell adegwat ta’ ċibersigurtà tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT u mill-4 ta’ Frar 2025, tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti fl-Unjoni u jittejjeb il-funzjonament tas-suq intern. L-ewwel valutazzjoni għandha titwettaq sal-31 ta’ Diċembru 2023, u valutazzjonijiet sussegwenti għandhom jitwettqu tal-inqas kull sentejn wara dan. Abbażi tal-eżitu ta’ dawk il-valutazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tidentifika l-prodotti tal-ICT, is-servizzi tal-ICT, il-proċessi tal-ICT u s-servizzi tas-sigurtà ġestiti koperti bi skema taċ-ċertifikazzjoni eżistenti li għandhom ikunu koperti bi skema taċ-ċertifikazzjoni obbligatorja. ◄

Bħala prijorità, il-Kummissjoni għandha tiffoka fuq is-setturi elenkati fl-Anness II għad-Direttiva (UE) 2016/1148, li għandhom jiġu vvalutati mhux aktar tard minn sentejn wara l-adozzjoni tal-ewwel skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà.

Meta tħejji l-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha:

(a) 

tieħu kont tal-impatt tal-miżuri fuq il-manifatturi jew il-fornituri ta’ tali prodotti tal-ICT, servizzi tal-ICT, proċessi tal-ICT jew servizzi tas-sigurtà ġestiti u fuq l-utenti f’termini ta’ spiża ta’ dawk il-miżuri u l-benefiċċji soċjetali jew ekonomiċi li jirriżultaw mil-livell imtejjeb antiċipat ta’ sigurtà għall-prodotti tal-ICT, is-servizzi tal-ICT, il-proċessi tal-ICT jew is-servizzi tas-sigurtà ġestiti fil-mira;

(b) 

tieħu kont tal-eżistenza u l-implimentazzjoni tal-liġi rilevanti tal-Istati Membri u ta’ pajjiżi terzi;

(c) 

twettaq proċess ta’ konsultazzjoni miftuħ, trasparenti u inklużiv mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha u mal-Istati Membri;

(d) 

tqis kull implimentazzjoni, miżura u perjodu tranżizzjonali, b’mod partikolari fir-rigward tal-impatt possibbli tal-miżuri fuq il-manifatturi jew il-fornituri tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT, jew tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti, inkluż l-interessi u l-ħtiġijiet speċifiċi tal- SMEs, inklużi l-mikrointrapriżi;

(e) 

tipproponi l-aktar mod rapidu u effiċjenti li bih trid tiġi implimentata t-transizzjoni minn skemi volontarji taċ-ċertifikazzjoni għal dawk obbligatorji.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0881
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.