+Artikolu 59 Rieżami bejn il-pari
---+Artikolu 59 1.
---+Artikolu 59 2.
---+Artikolu 59 3.
---+Artikolu 59 4.
---+Artikolu 59 5.
---+Artikolu 59 6.

Artikolu 59 Rieżami bejn il-pari

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 59 1.
Bil-ħsieb li jinkisbu standards ekwivalenti fl-Unjoni kollha fir-rigward ta’ ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà u dikjarazzjonijiet tal-konformità tal-UE, l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandhom ikunu soġġetti għal rieżami bejn il-pari.
Artikolu 59 2.
Ir-rieżami bejn il-pari għandu jitwettaq abbażi ta’ kriterji u proċeduri ta’ evalwazzjoni korretti u trasparenti, b’mod partikolari dwar ir-rekwiżiti strutturali, proċesswali u tar-riżorsi umani, il-kunfidenzjalità u l-ilmenti.
Artikolu 59 3.

Ir-rieżami bejn il-pari jivvaluta:

(a) 

fejn applikabbli, jekk l-attivitajiet tal-awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà li jirrigwardaw il-ħruġ ta’ ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 56(5) u fl-Artikolu 56(6) huma strettament separati mill-attivitajiet superviżorji tagħhom stabbiliti fl-Artikolu 58 u jekk dawk l-attivitajiet jitwettqux indipendentement minn xulxin;

▼M1

(b) 

il-proċeduri għas-superviżjoni u l-infurzar tar-regoli għall-monitoraġġ tal-konformità tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT u tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti maċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà skont il-punt (a) tal-Artikolu 58(7);

(c) 

il-proċeduri għall-monitoraġġ u l-infurzar tal-obbligi tal-manifatturi jew il-fornituri tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT jew tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti skont il-punt (b) tal-Artikolu 58(7);

▼B

(d) 

il-proċeduri għall-monitoraġġ, l-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-attivitajiet tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità;

(e) 

fejn applikabbli, jekk il-persunal tal-awtoritajiet jew il-korpi li joħorġu ċertifikati għal livell ta’ assigurazzjoni “għoli” skont l-Artikolu 56(6) ikollhomx l-għarfien espert adatt.

Artikolu 59 4.
Ir-rieżami bejn il-pari għandu jitwettaq minn tal-inqas żewġ awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà ta’ Stati Membri oħra u mill-Kummissjoni u għandu jitwettaq tal-inqas darba kull ħames snin. L-ENISA tista’ tipparteċipa fir-rieżami bejn il-pari.
Artikolu 59 5.
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu pjan għar-rieżami bejn il-pari li jkopri perijodu ta’ mill-inqas ħames snin, jistipula l-kriterji dwar il-kompożizzjoni tat-tim tar-rieżami bejn il-pari, il-metodoloġija li trid tintuża fir-rieżami bejn il-pari, u l-iskeda, il-frekwenza u kompiti oħra relatati magħha. Fl-adozzjoni ta’ dawk l-atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tieħu kont b’mod dovut tal-fehmiet tal-ECCG. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 66(2).
Artikolu 59 6.
L-eżiti tar-rieżamijiet bejn il-pari għandhom jiġu eżaminati mill-ECCG, li għandu jfassal sommarji li jistgħu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u li għandu, fejn meħtieġ, joħroġ linji gwida jew rakkomandazzjonijiet dwar azzjonijiet jew miżuri li għandhom jittieħdu mill-entitajiet ikkonċernati.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0881
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.