+Artikolu 61 Notifika
---+Artikolu 61 1.
---+Artikolu 61 2.
---+Artikolu 61 3.
---+Artikolu 61 4.
---+Artikolu 61 5.
|
Artikolu 61 Notifika
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 61 1.
|
Għal kull skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, l-awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità li jkunu ġew akkreditati u, fejn applikabbli, awtorizzati skont l-Artikolu 60(3) biex joħorġu ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà f’livelli ta’ assigurazzjoni speċifiċi kif imsemmi fl-Artikolu 52. L-awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe tibdil sussegwenti f’dan ir-rigward mingħajr dewmien żejjed.
|
|
Artikolu 61 2.
|
Sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, il-Kummissjoni għandha tippubblika lista tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità notifikati skont dik l-iskema f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
|
|
Artikolu 61 3.
|
Jekk il-Kummissjoni tirċievi notifika wara l-iskadenza tal-perijodu msemmi fil-paragrafu 21, għandha tippubblika l-emendi għal-lista ta’ korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità notifikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fi żmien xahrejn mid-data meta tirċievi dik in-notifika.
|
|
Artikolu 61 4.
|
Awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tista’ tippreżenta talba lill-Kummissjoni biex jitneħħa korp ta’ valutazzjoni tal-konformità nnotifikat minn dik l-awtorità mil-lista msemmija fil-paragrafu 2. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-emendi korrispondenti għal-lista f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fi żmien xahar mid-data li fiha tirċievi t-talba tal-awtorità nazzjonali responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà.
|
|
Artikolu 61 5.
|
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi ċ-ċirkostanzi, il-formati u l-proċeduri għan-notifiki msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 66(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 04.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0881
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|