+Artikolu 62 Grupp Ewropew taċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà
---+Artikolu 62 1.
---+Artikolu 62 2.
---+Artikolu 62 3.
---+Artikolu 62 4.
---+Artikolu 62 5.

Artikolu 62 Grupp Ewropew taċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 62 1.
Għandu jiġi stabbilit Grupp Ewropew taċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà (il-ECGG).
Artikolu 62 2.
Il-ECCG għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà jew rappreżentanti ta’ awtoritajiet nazzjonali rilevanti oħra. Membru tal-ECCG ma għandux jirrappreżenta aktar minn żewġ Stati Membri.
Artikolu 62 3.
Partijiet ikkonċernati u partijiet terzi rilevanti jistgħu jiġu mistiedna biex jattendu laqgħat tal-ECGG u li jieħdu sehem fil-ħidma tiegħu.
Artikolu 62 4.

Il-ECGG għandu jkollu l-kompiti li ġejjin:

(a) 

li jagħti pariri u jassisti lill-Kummissjoni fil-ħidma tagħha biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan it-Titolu, b’mod partikolari fir-rigward tal-programm ta’ ħidma kontinwu tal-Unjoni, ta’ kwistjonijiet relatati mal-politika dwar iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, il-koordinazzjoni ta’ approċċi ta’ politika u t-tħejjija ta’ skemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà;

(b) 

li jassisti, jagħti pariri u jikkoopera mal-ENISA fir-rigward tat-tħejjija ta’ skema kandidata skont l-Artikolu 49;

(c) 

li jadotta opinjoni dwar l-iskemi kandidati preparati mill-ENISA skont l-Artikolu 49;

(d) 

li jitlob lill-ENISA tħejji skemi kandidati skont l-Artikolu 48(2);

(e) 

li jadotta opinjonijiet indirizzati lill-Kummissjoni relatati mal-manutenzjoni u r-rieżami ta’ skemi eżistenti Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà;

(f) 

li jeżamina żviluppi rilevanti fil-qasam taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà u li jiskambja informazzjoni u tal-aqwa prattiki dwar skemi taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà;

(g) 

li jiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà taħt dan it-Titolu permezz tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet u l-iskambju ta’ informazzjoni, b’mod partikolari bl-istabbiliment ta’ metodi għall-iskambju effiċjenti ta’ informazzjoni relatata ma’ kwistjonijiet rigward iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà;

(h) 

li jipprovdi appoġġ għall-implimentazzjoni tal-mekkaniżmi ta’ rieżami bejn il-pari f’konformità mar-regoli stabbiliti fi skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà skont il-punt (u) tal-Artikolu 54(1).

(i) 

li jiffaċilita l-allinjament tal-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà mal-istandards rikonoxxuti internazzjonalment, inkluż billi jirrieżamina skemi eżistenti Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà u, fejn adatt, jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-ENISA biex tikkollabora ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti tal-istandardizzazzjoni biex jiġu indirizzati insuffiċjenzi jew lakuni fl-istandards rikonoxxuti internazzjonalment disponibbli.

Artikolu 62 5.
Bl-għajnuna tal-ENISA, il-Kummissjoni għandha tippresiedi l-ECCG, u l-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-ECCG b’segretarjat skont il-punt (e) tal-Artikolu 8(1).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0881
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.