|
+Artikolu 62 4. |
Artikolu 62 4.Il-ECGG għandu jkollu l-kompiti li ġejjin:
(a)
li jagħti pariri u jassisti lill-Kummissjoni fil-ħidma tagħha biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan it-Titolu, b’mod partikolari fir-rigward tal-programm ta’ ħidma kontinwu tal-Unjoni, ta’ kwistjonijiet relatati mal-politika dwar iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, il-koordinazzjoni ta’ approċċi ta’ politika u t-tħejjija ta’ skemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà;
(b)
li jassisti, jagħti pariri u jikkoopera mal-ENISA fir-rigward tat-tħejjija ta’ skema kandidata skont l-Artikolu 49;
(c)
li jadotta opinjoni dwar l-iskemi kandidati preparati mill-ENISA skont l-Artikolu 49;
(d)
li jitlob lill-ENISA tħejji skemi kandidati skont l-Artikolu 48(2);
(e)
li jadotta opinjonijiet indirizzati lill-Kummissjoni relatati mal-manutenzjoni u r-rieżami ta’ skemi eżistenti Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà;
(f)
li jeżamina żviluppi rilevanti fil-qasam taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà u li jiskambja informazzjoni u tal-aqwa prattiki dwar skemi taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà;
(g)
li jiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà taħt dan it-Titolu permezz tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet u l-iskambju ta’ informazzjoni, b’mod partikolari bl-istabbiliment ta’ metodi għall-iskambju effiċjenti ta’ informazzjoni relatata ma’ kwistjonijiet rigward iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà;
(h)
li jipprovdi appoġġ għall-implimentazzjoni tal-mekkaniżmi ta’ rieżami bejn il-pari f’konformità mar-regoli stabbiliti fi skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà skont il-punt (u) tal-Artikolu 54(1).
(i)
li jiffaċilita l-allinjament tal-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà mal-istandards rikonoxxuti internazzjonalment, inkluż billi jirrieżamina skemi eżistenti Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà u, fejn adatt, jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-ENISA biex tikkollabora ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti tal-istandardizzazzjoni biex jiġu indirizzati insuffiċjenzi jew lakuni fl-istandards rikonoxxuti internazzjonalment disponibbli. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|