|
+Artikolu 12 Il-kompiti tal-ACER fir-rigward tal-integrità u t-trasparenza tas-suq bl-ingrossa |
Artikolu 12 Il-kompiti tal-ACER fir-rigward tal-integrità u t-trasparenza tas-suq bl-ingrossaArtikolu 12 Il-kompiti tal-ACER fir-rigward tal-integrità u t-trasparenza tas-suq bl-ingrossa Sabiex l-integrità u t-trasparenza tas-suq bl-ingrossa jiġu sorveljati b'mod effettiv, l-ACER, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet regolatorji u awtoritajiet nazzjonali oħra, għandha
(a)
tissorvelja s-swieq bl-ingrossa, tiġbor u tikkondividi data u tistabbilixxi reġistru Ewropew ta' parteċipanti fis-suq skont l-Artikoli 7 sa 12 tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011;
(b)
toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni b'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011;
(c)
issegwi u tikkoordina l-investigazzjonijiet skont l-Artikoli 13 sa13c u l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011;
(d)
tawtorizza u tissorvelja pjattaformi ta’ informazzjoni privileġġata u mekkaniżmi ta’ rappurtar irreġistrati skont l-Artikoli 4a u 9a tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011;
(e)
ikollha s-setgħa li timponi pagamenti perjodiċi ta’ penali fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 13g tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|