+Artikolu 18 Il-kompożizzjoni tal-Bord tat-Tmexxija
---+Artikolu 18 1.
---+Artikolu 18 2.
---+Artikolu 18 3.
---+Artikolu 18 4.
---+Artikolu 18 5.
---+Artikolu 18 6.
---+Artikolu 18 7.
|
Artikolu 18 Il-kompożizzjoni tal-Bord tat-Tmexxija
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 18 1.
|
Il-Bord tal-Amministrazzjoni għandu jkun magħmul minn disa' membri. Kull membru għandu jkollu supplenti. Żewġ membri u s-sostituti tagħhom jinħatru mill-Kummissjoni, żewġ membri u s-sostituti tagħhom għandhom jinħatru mill-Parlament Ewropew u ħames membri u s-supplenti tagħhom għandhom jinħatru mill-Kunsill. L-ebda Membru tal-Parlament Ewropew m'għandu jkun membru tal-Bord tal-Amministrazzjoni. Membru tal-Bord tal-Amministrazzjoni ma għandux ikun membru tal-Bord tar-Regolaturi.
|
|
Artikolu 18 2.
|
Il-mandat tal-membri tal-Bord tal-Amministrazzjoni u s-supplenti tagħhom għandu jkun ta' erba' snin, li jista' jiġġedded darba. Għall-ewwel mandat, iż-żmien għandu jkun ta' sitt snin għal nofs il-membri u s-supplenti tagħhom.
|
|
Artikolu 18 3.
|
Il-Bord tal-Amministrazzjoni għandu jeleġġi l-President u l-Viċi President minn fost il-membri tiegħu b'maġġoranza ta' żewġ terzi. Il-Viċi President għandu awtomatikament jieħu post il-President jekk dan ma jkunx f'qagħda li jaqdi dmirijietu. Il-mandat tal-President u tal-Viċi President għandu jkun ta' sentejn, u jista' jiġġedded darba. Il-mandat tal-President u dak tal-Viċi President għandhom jiskadu malli ma jibqgħux membri tal-Bord tal-Amministrazzjoni.
|
|
Artikolu 18 4.
|
Il-laqgħat tal-Bord tal-Amministrazzjoni għandhom jissejħu mill-President tiegħu. Il-President tal-Bord tar-Regolaturi, jew il-persuna nominata tal-Bord ta' Regolaturi, u d-Direttur għandhom jieħdu sehem fid-deliberazzjonijiet, mingħajr dritt għall-vot, sakemm il-Bord tal-Amministrazzjoni ma jiddeċidix mod ieħor fir-rigward tad-Direttur. Il-Bord tal-Amministrazzjoni għandu jiltaqa' tal-anqas darbtejn fis-sena f'sessjoni ordinarja. Għandu jiltaqa' wkoll fuq l-inizjattiva tal-President tiegħu, fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea jew fuq talba ta' għall-anqas terz mill-membri tiegħu. Il-Bord tal-Amministrazzjoni jista' jistieden lil kwalunkwe persuna b'opinjonijiet li jistgħu jkunu rilevanti sabiex tattendi l-laqgħat bħala osservatur. Il-membri tal-Bord tal-Amministrazzjoni jistgħu, soġġett għar-regoli ta' proċedura tiegħu, jingħataw għajnuna minn konsulenti jew esperti. Is-servizzi segretarjali tal-Bord tal-Amministrazzjoni għandhom jiġu pprovduti mill-ACER.
|
|
Artikolu 18 5.
|
Id-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Amministrazzjoni għandhom ikunu adottati fuq il-bażi ta' maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri preżenti, sakemm dan ir-Regolament ma jipprevedix mod ieħor. Kull membru tal-Bord tal-Amministrazzjoni jew is-supplenti tiegħu għandu jkollu vot wieħed.
|
|
Artikolu 18 6.
|
Ir-regoli ta' proċedura għandhom jistipulaw b'aktar dettall:
(a)
l-arranġamenti li jirregolaw il-votazzjoni, partikolarment il-kondizzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom membru jista' jaġixxi f'isem membru ieħor, kif ukoll, fejn xieraq, ir-regoli rigward il-kworum; u
(b)
l-arranġamenti li jirregolaw ir-rotazzjoni applikabbli għat-tiġdid tal-membri tal-Bord tal-Amministrazzjoni li jiġu maħtura mill-Kunsill sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni bbilanċjata tal-Istati Membri matul iż-żmien.
|
|
Artikolu 18 7.
|
Mingħajr preġudizzju għar-rwol tal-membri maħtura mill-Kummissjoni, il-membri tal-Bord tal-Amministrazzjoni għandhom jintrabtu li jaġixxu b'mod indipendenti u oġġettiv fl-interess tal-Unjoni kollha kemm hi, u la għandhom ifittxu u lanqas jieħdu struzzjonijiet mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni, minn xi gvern ta' Stat Membru jew minn xi entità pubblika jew privata oħra. Għal dan il-għan, kull membru għandu jagħmel dikjarazzjoni bil-miktub dwar l-impenji u dikjarazzjoni bil-miktub dwar l-interessi li jindikaw jew in-nuqqas ta' kull interess li jista' jiġi meqjus li jippreġudika l-indipendenza tiegħu jew kull interess dirett jew indirett li jista' jitqies li jippreġudika l-indipendenza tagħha. L-ACER għandu jagħmel dawk id-dikjarazzjonijiet pubbliċi fuq bażi annwali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0942
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|