+Artikolu 20 Programmazzjoni annwali u pluriennali
---+Artikolu 20 1.
---+Artikolu 20 2.
---+Artikolu 20 3.
---+Artikolu 20 4.

Artikolu 20 Programmazzjoni annwali u pluriennali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 20 1.
Kull sena, id-Direttur għandu jħejji abbozz ta' dokument ta' programmazzjoni li jkun fih il-programmazzjoni annwali u pluriennali, u għandu jippreżenta l-abbozz ta' dokument ta' programmazzjoni lill-Bord tal-Amministrazzjoni u lill-Bord tar-Regolaturi.

Il-Bord tal-Amministrazzjoni għandu jadotta l-abbozz ta' dokument ta' programmazzjoni wara li jkun irċieva l-opinjoni favorevoli tal-Bord tar-Regolaturi u għandu jgħaddih lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar.

L-abbozz ta' dokument ta' programmazzjoni għandu jkun konformi mal-abbozz provviżorju tal-estimi stabbilit skont l-Artikoli 33(1), (2) u (3).

Il-Bord Amministrattiv għandu jadotta dokument ta' programmazzjoni. B'kunsiderazzjoni tal-opinjoni tal-Kummissjoni, wara li jirċievi l-opinjoni favorevoli tal-Bord tar-Regolaturi, u wara li d-Direttur ikun ippreżentah lill-Parlament Ewropew. Il-Bord tal-Amministrazzjoni għandu jippreżenta d-dokument ta' programmazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru.

Id-dokument ta' programmazzjoni għandu jiġi adottat mingħajr preġudizzju għall-proċedura baġitarja annwali u għandu jsir pubbliku;

Id-dokument ta' programmazzjoni isir definittiv wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali u, jekk ikun meħtieġ, dan għandu jiġi aġġustat.

Artikolu 20 2.
Il-programmazzjoni annwali fid-dokument ta' programmazzjoni għandu jinkludi l-għanijiet fid-dettall u r-riżultati mistennija, inkluż l-indikaturi tal-prestazzjoni. Għandu jinkludi wkoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati u indikazzjoni tar-riżorsi finanzjarji u umani allokati għal kull azzjoni, inkluża referenza għall-gruppi ta' ħidma tal-ACER inkarigati milli jikkontribwixxu għall-abbozzar tad-dokumenti rispettivi, skont il-prinċipji ta' baġitjar u ġestjoni bbażati fuq l-attività. Il-programmazzjoni annwali għandha tkun koerenti mal-programmazzjoni pluriennali msemmija fil-paragrafu 4. Din għandha tindika b'mod ċar il-kompiti li ġew miżjuda, mibdula jew imħassra b'paragun mas-sena finanzjarja preċedenti.
Artikolu 20 3.
Il-Bord tal-Amministrazzjoni għandu jemenda d-dokument ta' programmazzjoni adottat meta l-ACER tingħata kompitu ġdid.

Kwalunkwe emenda sostanzjali fid-dokument ta' programmazzjoni għandha tiġi addottata bl-istess proċedura stipulata għad-dokument ta' programmazzjoni inizjali. Il-Bord tal-Amministrazzjoni jista' jiddelega s-setgħa li jsiru emendi mhux sostanzjali fid-dokument tal-programmazzjoni lid-Direttur.

Artikolu 20 4.
Il-programmazzjoni pluriennali fid-dokument ta' programmazzjoni għandha tistabbilixxi l-programmazzjoni strateġika ġenerali li tinkludi l-għanijiet, ir-riżultati mistennija u indikaturi tal-prestazzjoni. Għandha tistabbilixxi wkoll il-programmazzjoni tar-riżorsi, inklużi l-baġit pluriennali u l-persunal.

Il-programmazzjoni tar-riżorsi għandha tiġi aġġornata kull sena. Il-programmazzjoni strateġika għandha tiġi aġġornata meta jkun hemm bżonn, b'mod partikolari biex tindirizza l-eżitu tal-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 45.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0942
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.