+Artikolu 33 L-istabbiliment tal-baġit
---+Artikolu 33 1.
---+Artikolu 33 2.
---+Artikolu 33 3.
---+Artikolu 33 4.
---+Artikolu 33 5.
---+Artikolu 33 6.
---+Artikolu 33 7.
---+Artikolu 33 8.
---+Artikolu 33 9.
---+Artikolu 33 10.
---+Artikolu 33 11.

Artikolu 33 L-istabbiliment tal-baġit

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 33 1.
Kull sena, id-Direttur għandu jħejji abbozz proviżorju tal-estimi li jkopri n-nefqa operattiva u l-programm ta' ħidma mistennija għas-sena finanzjarja ta' wara, u għandu jibgħat dak l-abbozz proviżorju tal-estimi lill-Bord tal-Amministrazzjoni flimkien ma' lista tal-karigi proviżorji.
Artikolu 33 2.
L-abbozz proviżorju tal-estimi għandu jkun ibbażat fuq l-għanijiet u r-riżultati mistennija tad-dokument ta' programmazzjoni msemmi fl-Artikolu 20(1), u għandu jqis ir-riżorsi finanzjarji li huma meħtieġa sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet u r-riżultati mistennija.
Artikolu 33 3.
Kull sena, il-Bord tal-Amministrazzjoni għandu jadotta abbozz proviżorju tal-estimi tad-dħul u l-infiq tal-ACER għas-sena finanzjarja ta' wara, abbażi tal-abbozz proviżorju tal-estimi imħejji mid-Direttur.
Artikolu 33 4.
L-abbozz proviżorju tal-estimi, li għandu jinkludi abbozz ta' pjan ta' stabbiliment, għandu jintbagħat mill-Bord tal-Amministrazzjoni lill-Kummissjoni sal-31 ta' Jannar ta' kull sena. Qabel ma jiġu adottati l-estimi, l-abbozz imħejji mid-Direttur għandu jintbagħat lill-Bord tar-Regolaturi, li jista' joħroġ opinjoni ġustifikata dwar l-abbozz.
Artikolu 33 5.
L-estimi msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jintbagħtu mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien mal-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni.
Artikolu 33 6.
Abbażi tal-abbozz tal-estimi, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni l-estimi li tqis meħtieġa rigward il-pjan ta' stabbiliment u l-ammont tal-għotja li għandha titħallas mill-baġit ġenerali tal-Unjoni bi qbil mal-Artikoli 313 sa 316 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).
Artikolu 33 7.
Il-Kunsill, fl-irwol tiegħu ta'awtorità baġitarja għandu jadotta l-pjan tal-istabbiliment għall-ACER.
Artikolu 33 8.
Il-baġit tal-ACER għandu jiġi adottat mill-Bord tal-Amministrazzjoni. Għandu jitqies finali wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni. Fejn ikun meħtieġ, għandu jkun aġġustat skont il-każ.
Artikolu 33 9.
Kwalunkwe modifika fil-baġit, inkluż il-pjan ta' stabbiliment, għandha ssegwi l-istess proċedura.
Artikolu 33 10.
Sal-5 ta' Lulju 2020, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk ir-riżorsi finanzjarji u umani għad-dispożizzjoni tal-ACER jħalluhiex twettaq ir-rwol tagħha skont dan ir-Regolament li taħdem lejn il-kisba ta' suq intern tal-enerġija u tikkontribwixxi għas-sigurtà tal-enerġija għall-benefiċċju tal-konsumaturi fl-Unjoni.
Artikolu 33 11.
Il-Bord tal-Amministrazzjoni għandu jinnotifika mingħajr dewmien lill-awtorità tal-baġit bl-intenzjoni tiegħu li jimplimenta xi proġett li jista' jkollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti għall-finanzjament tal-baġit tal-ACER, b'mod partikolari kwalunkwe proġett marbut mal-proprjetà. Il-Bord tal-Amministrazzjoni għandu jinforma wkoll lill-Kummissjoni b'dan. Jekk kwalunkwe fergħa tal-awtorità tal-baġit ikollha l-intenzjoni li toħroġ opinjoni, hija għandha, fi żmien ġimagħtejn mill-wasla tal-informazzjoni dwar il-proġett, tinnotifika lill-ACER dwar din l-intenzjoni tagħha. Fin-nuqqas ta' tweġiba, l-ACER tista' tipproċedi bil-proġett ippjanat.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0942
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.