|
+Artikolu 2 Definizzjonijiet |
Artikolu 2 DefinizzjonijietArtikolu 2 Definizzjonijiet Japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“Interkonnettur” tfisser linja ta 'trasmissjoni li taqsam jew tifrex ma fruntiera bejn l-Istati Membri u li tgħaqqad is-sistemi ta' trasmissjoni nazzjonali tal-Istati Membri;
(2)
“awtoritàt regolatorja” tfisser l-awtorità regolatorja nominati minn kull Stat Membru skont l-Artikolu 57(1) tad-Direttiva (EU) 2019/944;
(3)
“fluss transkonfinali” tfisser fluss fiżiku tal-elettriku fuq netwerk ta' trażmissjoni ta' Stat Membru li jirriżulta mill-impatt tal-attività ta' produtturi, klijenti, jew it-tnejn li huma, barra dak l-Istat Membru fuq in-netwerk ta' trażmissjoni tiegħu;
(4)
“konġestjoni” tfisser sitwazzjoni fejn it-talbiet kollha mill-parteċipanti fis-suq biex isir kummerċ bejn żoni tan-netwerk ma jistgħux jintlaqgħu peress li kieku jaffettwaw b'mod sinifikanti l-flussi fiżiċi tal-elementi tan-netwerk li ma jistgħux jakkomodaw dawk il-flussi;
(5)
“interkonnettur ġdid” tfisser xi interkonnettur li ma jkunx tlesta sal-4 ta' Awwissu 2003;
(6)
“konġestjoni strutturali” tfisser konġestjoni fis-sistema ta' trażmissjoni li hi kapaċi li tiġi definita mingħajr ambigwità, hija prevedibbli, ġeografikament stabbli tul iż-żmien u li terġa' sseħħ ta' spiss skont kundizzjonijiet normali tas-sistema tal-elettriku;
(7)
“operatur tas-suq” tfisser entità li tipprovdi servizz li permezz tagħha l-offerti għall-bejgħ tal-elettriku jitqabblu mal-offerti għax-xiri tal-elettriku;
(8)
“operatur nominat tas-suq tal-elettriku” jew “NEMO” tfisser operatur tas-suq innominat mill-awtorità kompetenti biex iwettaq kompiti relatati mal-akkoppjament singolu ta' ġurnata bil-quddiem jew mal-akkoppjament singolu tal-istess ġurnata;
(9)
“valur tat-tagħbija mitlufa” tfisser stima f'euro/MWh tal-prezz massimu tal-elettriku li l-klijenti huma lesti li jħallsu biex jevitaw l-indisponibbiltà tal-elettriku;
(10)
“ibbilanċjar” tfisser l-azzjonijiet u l-proċessi kollha, fil-perjodi kollha ta' żmien, li permezz tagħhom l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni jiżguraw, b'mod kontinwu, iż-żamma tal-frekwenza tas-sistema f'firxa tal-istabbiltà predefinita u l-konformità mal-ammont ta' riservi meħtieġa fir-rigward tal-kwalità meħtieġa;
(11)
“enerġija ta' bbilanċjar” tfisser l-enerġija użata mill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni biex iwettqu l-ibbilanċjar;
(12)
“fornitur tas-servizz ta' bbilanċjar” tfisser parteċipant fis-suq li jipprovdi l-enerġija ta' bbilanċjar jew il-kapaċità ta' bbilanċjar, jew it-tnejn li huma, lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni;
(13)
“kapaċità ta' bbilanċjar” tfisser il-volum ta' kapaċità li fornitur tas-servizz ta' bbilanċjar ikun qabel li jżomm u li fir-rigward tiegħu l-fornitur tas-servizz ta' bbilanċjar ikun qabel li jippreżenta offerti għall-volum korrispondenti ta' enerġija ta' bbilanċjar lill-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni għat-tul kollu tal-kuntratt;
(14)
“parti inkarigata mill-ibbilanċjar” tfisser parteċipant fis-suq jew ir-rappreżentant magħżul tiegħu responsabbli mill-iżbilanċi tiegħu fis-suq tal-elettriku;
(15)
“perjodu ta' saldu tal-iżbilanċ” tfisser l-unità temporali li għaliha huwa kkalkulat l-iżbilanċ tal-partijiet inkarigati mill-ibbilanċjar;
(16)
“prezz tal-iżbilanċ” tfisser il-prezz, kemm jekk pożittiv, żero kif ukoll negattiv, f'kull perjodu ta' saldu tal-iżbilanċ għal żbilanċ f'kull direzzjoni;
(17)
“żona tal-prezz tal-iżbilanċ” tfisser iż-żona li fiha jiġi kkalkulat il-prezz tal-iżbilanċ;
(18)
“proċess ta' prekwalifikazzjoni” tfisser il-proċess biex tiġi vverifikata l-konformità ta' fornitur tal-kapaċità ta' bbilanċjar mar-rekwiżiti stabbiliti mill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni;
(19)
“kapaċità ta' riserva” tfisser l-ammont ta' riservi ta' konteniment tal-frekwenza, ta' riservi tar-restawr tal-frekwenza jew ta' riservi ta' sostituzzjoni li jeħtieġ li jkunu disponibbli għall-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni;
(20)
“dispaċċ ta' prijorità” tfisser, firrigward tal-mudell tal-awtodispaċċ, id-dispaċċ tal-impjanti tal-elettriku abbażi ta' kriterji differenti mill-ordni ekonomika tal-offerti u b'rigward, il-mudell ta' dispaċċ ċentralizzat, id-dispaċċ ta'impjanti tal-enerġija abbażi ta'kriterji li huma differenti mill-ordni ekonomika tal-offerti u mil-limitazzjonijiet tan-netwerk li jagħtu prijorità lid-dispaċċ ta' ġenerazzjoni partikolari tat-teknoloġiji;
(21)
“reġjun bil-kapaċità kalkolata” tfisser iż-żona ġeografika li fiha jiġi applikat il-kalkolu tal-kapaċità koordinata;
(22)
“mekkaniżmu ta’ kapaċità” tfisser miżura li tiżgura l-kisba tal-livell meħtieġ ta’ adegwatezza tar-riżorsi billi jiġu remunerati riżorsi għad-disponibbiltà tagħhom, bl-esklużjoni ta’ miżuri relatati ma’ servizzi anċillari jew mal-ġestjoni tal-konġestjoni;
(23)
“koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja” tfisser koġenerazzjoni li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );
(24)
“proġett ta' dimostazzjoni” tfisser proġett li juri teknoloġija bħala l-ewwel waħda tat-tip tagħha fl-Unjoni u li tirrappreżenta innovazzjoni sinifikanti li tmur lil hinn mit-teknoloġija l-aktar avvanzata;
(25)
“parteċipant fis-suq” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, li qed tiġġenera, tixtri jew tbigħ l-elettriku, is-servizzi ta' rispons tad-domanda jew il-ħżin, inkluż it-tqegħid ta' ordnijiet għall-kummerċ, f'wieħed jew f'iktar mis-swieq tal-elettriku inkluż is-swieq tal-enerġija tal-ibbilanċjar;
(26)
“dispaċċ mill-ġdid” tfisser miżura, inkluż tnaqqis, li hija attivata minn operatur wieħed jew aktar tas-sistema ta' trasmissjoni jew operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni permezz tal-modifika tal-mudell ta' ġenerazzjoni, tat-tagħbija, jew it-tnejn sabiex jinbidlu l-flussi fiżiċi fis-sistema tal-elettriku u tittaffa konġestjoni fiżika jew li tiġi żgurata s-sigurtà;
(27)
“skambju kompensatorju” tfisser skambju transżonali mibdi minn operaturi tas-sistema bejn żewġ żoni tal-offerti biex tittaffa l-konġestjoni fiżika;
(28)
“faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija” tfisser faċilità li taqleb l-enerġija primarja f'enerġija elettrika u li tikkonsisti f'modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija wieħed jew aktar konness ma' netwerk;
(29)
“mudell ta' dispaċċ ċentralizzat” tfisser mudell ta' skedar u ta' dispaċċ fejn l-iskedi tal-ġenerazzjoni u l-iskedi tal-konsum, kif ukoll id-dispaċċ ta' faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija u faċilitajiet tad-domanda, b'referenza għall-faċilitajiet li jistgħu jkunu suġġetti għal dispaċċ, jiġu determinati minn operatur tas-sistema ta' trażmissjoni fi ħdan il-proċess integrat għall-iskedar;
(30)
“mudell tal-awtodispaċċ” tfisser mudell ta' skedar u ta' dispaċċ fejn l-iskedi tal-ġenerazzjoni u l-iskedi tal-konsum, kif ukoll id-dispaċċ ta' faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija u faċilitajiet tad-domanda huma determinati mill-aġenti tal-iskedar ta' dawk il-faċilitajiet;
(31)
“prodott standard tal-ibbilanċjar” tfisser prodott tal-ibbilanċjar armonizzat definit mill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjonikollha għall-iskambju ta' servizzi ta' bbilanċjar;
(32)
“prodott speċifiku tal-ibbilanċjar” tfisser prodott ta' bbilanċjar differenti minn prodott standard ta' bbilanċjar;
(33)
“operatur delegat” tfisser entità li lilha ġew delegati kompiti jew obbligi speċifiċi fdati lil operatur tas-sistema ta' trażmissjoni jew operatur nominat tas-suq tal-elettriku skont dan ir-Regolament jew kwalunkwe atti legali tal-Unjoni oħrajn minn dak l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni jew NEMO jew li ġew assenjati lilha minn Stat Membru jew awtorità regolatorja;
(34)
“klijent” tfisser klijent kif iddefinit fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;
(35)
“klijent finali” tfisser klijent finali kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;
(36)
“klijent bl-ingrossa” tfisser klijent bl-ingrossa kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;
(37)
“klijent domestiku” tfisser klijent domestiku kif definit fil-punt (4) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;
(38)
“intrapriża żgħira” tfisser intrapriża żgħira kif definita fil-punt (7) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;
(39)
“klijent attiv” tfisser klijent attiv kif definit fil-punt (8) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;
(40)
“swieq tal-elettriku” tfisser swieq tal-elettriku kif definiti fil-punt (9) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;
(41)
“provvista” tfisser provvista kif definita fil-punt (12) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;
(42)
“kuntratt ta' provvista ta' elettriku” tfisser kuntratt ta' provvista ta' elettriku kif definit fil-punt (13) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;
(43)
“aggregazzjoni” tfisser aggregazzjoni kif definita fil-punt (18) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;
(44)
“rispons għad-domanda” tfisser rispons għad-domanda kif definit fil-punt (20) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;
(45)
“sistema ta' kejl intelliġenti” tfisser sistema ta' kejl intelliġenti kif definit fil-punt (23) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;
(46)
“interoperabilità” tfisser interoperabilità kif definita fil-punt (24) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;
(47)
“distribuzzjoni” tfisser distribuzzjoni kif definita fil-punt (28) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;
(48)
“operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni” tfisser operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni kif definit fil-punt (29) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;
(49)
“effiċjenza tal-enerġija” tfisser effiċjenza tal-enerġija kif definita fil-punt (30) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;
(50)
“enerġija minn sorsi rinnovabbli” jew “enerġija rinnovabbli” tfisser enerġija minn sorsi rinnovabbli kif definita fil-punt (31) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;
(51)
“ġenerazzjoni distribwita” tfisser ġenerazzjoni distribwita kif definita fil-punt (32) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;
(52)
“trażmissjoni” tfisser trażmissjoni kif definita fil-punt (34) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;
(53)
“operatur tas-sistema ta' trasmissjoni” tfisser operatur tas-sistema ta' trasmissjoni kif definit fil-punt (35) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;
(54)
“utent tas-sistema” tfisser utent tas-sistema kif definit fil-punt (36) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;
(55)
“ġenerazzjoni” tfisser ġenerazzjoni kif definita fil-punt (37) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;
(56)
“produttur” tfisser produttur kif definit fil-punt (38) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;
(57)
“sistema interkonnessa” tfisser sistema interkonnessa kif definita fil-punt (40) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;
(58)
“sistema iżolata żgħira” tfisser sistema iżolata żgħira kif definita fil-punt (42) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;
(59)
“sistema żgħira konnessa” tfisser sistema żgħira konnessa kif definita fil-punt (43) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;
(60)
“servizz anċillari” tfisser servizz anċillari kif definit fil-punt (48) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;
(61)
“servizz anċillari mhux tal-frekwenza” tfisser servizz anċillari mhux tal-frekwenza kif definit fil-punt (49) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;
(62)
“ħażna tal-enerġija” tfisser ħażna tal-enerġija kif definita fil-punt (59) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;
(63)
“ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali” tfisser ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali kif stabbilit fl-Artikolu 35 ta' dan ir-Regolament;
(64)
“suq tal-enerġija bl-ingrossa” tfisser suq tal-enerġija bl-ingrossa kif definit fil-punt (6) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );
(65)
“żona tal-offerti” tfisser l-akbar żona ġeografika li fiha l-parteċipanti tas-suq ikunu jistgħu jinnegozjaw l-enerġija mingħajr allokazzjoni tal-kapaċità;
(66)
“allokazzjoni tal-kapaċità” tfisser l-attribuzzjoni tal-kapaċità transżonali;
(67)
“żona ta' kontroll” tfisser parti koerenti tas-sistema interkonnessa, imħaddma minn operatur waħdieni tas-sistema u għandha tinkludi t-tagħbijiet fiżiċi konnessi u/jew l-unitajiet tal-ġenerazzjoni, jekk ikun hemm;
(68)
“kapaċità kkoordinata tat-trażmissjoni netta” tfisser metodu għall-kalkolu tal-kapaċità bbażat fuq il-prinċipju tal-valutazzjoni u tad-definizzjoni ex-ante ta' skambju kummerċjali ta' enerġija massima bejn żoni tal-offerti kontigwi;
(69)
“element ta' netwerk kritiku” tfisser element ta' netwerk fi ħdan żona tal-offerti jew bejn iż-żoni tal-offerti meħuda f'kunsiderazzjoni fil-proċess ta' kalkolu tal-kapaċità, b'tali mod li jiġi llimitat l-ammont ta' enerġija li tista' tiġi skambjata;
(70)
“kapaċità transżonali” tfisser kemm is-sistemi interkonnessi jkunu jistgħu jakkomodaw it-trasferiment tal-enerġija bejn iż-żoni tal-offerti;
(71)
“unità ta' ġenerazzjoni” tfisser ġeneratur waħdieni tal-elettriku li jappartjeni għal unità ta' produzzjoni;
(72)
“siegħa l-aktar intensiva” tfisser siegħa fejn, abbażi tat-tbassir tal-operaturi ta’ sistema ta’ trażmissjoni u, fejn applikabbli, tan-NEMOs, il-konsum gross tal-elettriku jew il-konsum gross tal-elettriku ġġenerat minn sorsi għajr minn sorsi rinnovabbli jew il-prezz bl-ingrossa tal-elettriku ta’ ġurnata bil-quddiem huwa mistenni li jkun l-ogħla, filwaqt li jitqiesu l-iskambji transżonali;
(73)
“trażżin tal-quċċata tad-domanda” tfisser il-kapaċità tal-parteċipanti fis-suq li jnaqqsu l-konsum tal-elettriku mill-grilja fis-sigħat l-aktar intensivi fuq talba tal-operatur ta’ sistema;
(74)
“prodott għat-trażżin tal-quċċata tad-domanda” tfisser prodott ibbażat fuq is-suq li permezz tiegħu l-parteċipanti fis-suq jistgħu jipprovdu trażżin tal-quċċata tad-domanda lill-operaturi ta’ sistemi;
(75)
“ċentru virtwali reġjonali” tfisser reġjun mhux fiżiku li jkopri aktar minn żona tal-offerti waħda li għaliha jiġi stabbilit prezz ta’ referenza fl-applikazzjoni ta’ metodoloġija;
(76)
“kuntratt bidirezzjonali għad-differenza” tfisser kuntratt bejn operatur ta’ faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija u kontroparti, normalment entità pubblika, li jipprovdi kemm protezzjoni minima tar-remunerazzjoni kif ukoll limitu għar-remunerazzjoni eċċessiva;
(77)
“ftehim dwar ix-xiri tal-enerġija” jew “PPA” tfisser kuntratt li taħtu persuna fiżika jew ġuridika taqbel li tixtri l-elettriku mingħand produttur tal-elettriku fuq bażi tas-suq;
(78)
“strument tal-kejl dedikat” tfisser apparat marbut ma’ jew inkorporat f’assi li jipprovdi servizzi ta’ rispons tad-domanda jew ta’ flessibbiltà għad-domanda fis-suq tal-elettriku jew lill-operaturi ta’ sistema;
(79)
“flessibbiltà” tfisser l-abbiltà ta’ sistema tal-elettriku li taġġusta għall-varjabbiltà tax-xejriet tal-ġenerazzjoni u tal-konsum u għad-disponibbiltà tal-grilja, matul il-perjodi ta’ żmien rilevanti tas-suq. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|