+KAPITOLU I SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
---+Artikolu 1 Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
---+Artikolu 2 Definizzjonijiet

KAPITOLU I SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

KAPITOLU I SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament jimmira li:

▼M2

(a) 

jistabbilixxi l-bażi għall-kisba effiċjenti tal-objettivi tal-Unjoni tal-Enerġija u l-objettiv li tinkiseb in-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050, b’mod partikolari l-qafas għall-klima u l-enerġija għall-2030, billi jinkisbu, permezz tas-sinjali tas-suq, żieda fl-effiċjenza, sehem akbar ta’ enerġija rinnovabbli, sigurtà tal-provvista, flessibbiltà, integrazzjoni tas-sistema permezz ta’ diversi vetturi tal-enerġija, sostenibbiltà, dekarbonizzazzjoni u innovazzjoni;

(b) 

jistabbilixxi prinċipji fundamentali għal swieq tal-elettriku integrati u li jiffunzjonaw tajjeb, li jippermettu lill-fornituri kollha tar-riżorsi u lill-klijenti tal-elettriku aċċess mhux diskriminatorju għas-suq, jippermettu l-iżvilupp ta’ swieq tal-elettriku forward biex jippermettu lill-fornituri u lill-konsumaturi jiħħeġġjaw jew jipproteġu lilhom infushom kontra r-riskju ta’ volatilità futura fil-prezzijiet tal-elettriku, jagħtu s-setgħa u jipproteġu lill-konsumaturi, jiżguraw il-kompetittività fis-suq globali, itejbu s-sigurtà tal-provvista u l-flessibbiltà permezz tar-rispons tad-domanda, il-ħżin tal-enerġija u soluzzjonijiet oħrajn ta’ flessibbiltà mhux fossili, jiżguraw l-effiċjenza fl-enerġija, jiffaċilitaw l-aggregazzjoni tad-domanda u tal-provvista distribwiti, u jippermettu l-integrazzjoni settorjali u tas-suq u r-remunerazzjoni abbażi tas-suq għal elettriku ġġenerat minn sorsi rinnovabbli tal-enerġija;

▼B

(c) 

regoli ġusti stabbiliti għall-iskambji transkonfinali tal-elettriku, u b'hekk titkabbar il-kompetizzjoni fis-suq intern tal-elettriku, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi partikolari tas-swieq nazzjonali u reġjonali. Jinkludi t-twaqqif ta' mekkaniżmu ta' kumpens għal flussi transkonfinali tal-elettriku u l-istabbiliment ta' prinċipji armonizzati dwar l-imposti tat-trażmissjoni transkonfinali u l-allokazzjoni ta' kapaċitajiet disponibbli ta' interkonnessjonijiet bejn sistemi ta' trażmissjoni nazzjonali;

(d) 

jiffaċilita l-iżvilupp ta' suq bl-ingrossa li jiffunzjona tajjeb u li jkun trasparenti, li jikkontribwixxi għal livell għoli ta' sigurtà tal-provvista tal-elettriku, u jipprovdi għal mekkaniżmi biex jarmonizza r-regoli għall-iskambji transkonfinali tal-elettriku;

▼M2

(e) 

jappoġġa investiment fuq terminu twil fil-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli, fil-flessibbiltà u fil-grilji biex jippermetti lill-konsumaturi jagħmlu l-kontijiet tal-enerġija tagħhom affordabbli u anqas dipendenti mill-fluttwazzjonijiet tal-prezzijiet tas-suq tal-elettriku fuq terminu qasir, partikolarment l-prezzijiet tal-fjuwils fossili fuq terminu medju sa twil;

(f) 

jistabbilixxi qafas għall-adozzjoni ta’ miżuri biex jindirizzaw il-kriżijiet tal-prezzijiet tal-elettriku.

▼B

Artikolu 2 Definizzjonijiet

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“Interkonnettur” tfisser linja ta 'trasmissjoni li taqsam jew tifrex ma fruntiera bejn l-Istati Membri u li tgħaqqad is-sistemi ta' trasmissjoni nazzjonali tal-Istati Membri;

(2) 

“awtoritàt regolatorja” tfisser l-awtorità regolatorja nominati minn kull Stat Membru skont l-Artikolu 57(1) tad-Direttiva (EU) 2019/944;

(3) 

“fluss transkonfinali” tfisser fluss fiżiku tal-elettriku fuq netwerk ta' trażmissjoni ta' Stat Membru li jirriżulta mill-impatt tal-attività ta' produtturi, klijenti, jew it-tnejn li huma, barra dak l-Istat Membru fuq in-netwerk ta' trażmissjoni tiegħu;

(4) 

“konġestjoni” tfisser sitwazzjoni fejn it-talbiet kollha mill-parteċipanti fis-suq biex isir kummerċ bejn żoni tan-netwerk ma jistgħux jintlaqgħu peress li kieku jaffettwaw b'mod sinifikanti l-flussi fiżiċi tal-elementi tan-netwerk li ma jistgħux jakkomodaw dawk il-flussi;

(5) 

“interkonnettur ġdid” tfisser xi interkonnettur li ma jkunx tlesta sal-4 ta' Awwissu 2003;

(6) 

“konġestjoni strutturali” tfisser konġestjoni fis-sistema ta' trażmissjoni li hi kapaċi li tiġi definita mingħajr ambigwità, hija prevedibbli, ġeografikament stabbli tul iż-żmien u li terġa' sseħħ ta' spiss skont kundizzjonijiet normali tas-sistema tal-elettriku;

(7) 

“operatur tas-suq” tfisser entità li tipprovdi servizz li permezz tagħha l-offerti għall-bejgħ tal-elettriku jitqabblu mal-offerti għax-xiri tal-elettriku;

(8) 

“operatur nominat tas-suq tal-elettriku” jew “NEMO” tfisser operatur tas-suq innominat mill-awtorità kompetenti biex iwettaq kompiti relatati mal-akkoppjament singolu ta' ġurnata bil-quddiem jew mal-akkoppjament singolu tal-istess ġurnata;

(9) 

“valur tat-tagħbija mitlufa” tfisser stima f'euro/MWh tal-prezz massimu tal-elettriku li l-klijenti huma lesti li jħallsu biex jevitaw l-indisponibbiltà tal-elettriku;

(10) 

“ibbilanċjar” tfisser l-azzjonijiet u l-proċessi kollha, fil-perjodi kollha ta' żmien, li permezz tagħhom l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni jiżguraw, b'mod kontinwu, iż-żamma tal-frekwenza tas-sistema f'firxa tal-istabbiltà predefinita u l-konformità mal-ammont ta' riservi meħtieġa fir-rigward tal-kwalità meħtieġa;

(11) 

“enerġija ta' bbilanċjar” tfisser l-enerġija użata mill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni biex iwettqu l-ibbilanċjar;

(12) 

“fornitur tas-servizz ta' bbilanċjar” tfisser parteċipant fis-suq li jipprovdi l-enerġija ta' bbilanċjar jew il-kapaċità ta' bbilanċjar, jew it-tnejn li huma, lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni;

(13) 

“kapaċità ta' bbilanċjar” tfisser il-volum ta' kapaċità li fornitur tas-servizz ta' bbilanċjar ikun qabel li jżomm u li fir-rigward tiegħu l-fornitur tas-servizz ta' bbilanċjar ikun qabel li jippreżenta offerti għall-volum korrispondenti ta' enerġija ta' bbilanċjar lill-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni għat-tul kollu tal-kuntratt;

(14) 

“parti inkarigata mill-ibbilanċjar” tfisser parteċipant fis-suq jew ir-rappreżentant magħżul tiegħu responsabbli mill-iżbilanċi tiegħu fis-suq tal-elettriku;

(15) 

“perjodu ta' saldu tal-iżbilanċ” tfisser l-unità temporali li għaliha huwa kkalkulat l-iżbilanċ tal-partijiet inkarigati mill-ibbilanċjar;

(16) 

“prezz tal-iżbilanċ” tfisser il-prezz, kemm jekk pożittiv, żero kif ukoll negattiv, f'kull perjodu ta' saldu tal-iżbilanċ għal żbilanċ f'kull direzzjoni;

(17) 

“żona tal-prezz tal-iżbilanċ” tfisser iż-żona li fiha jiġi kkalkulat il-prezz tal-iżbilanċ;

(18) 

“proċess ta' prekwalifikazzjoni” tfisser il-proċess biex tiġi vverifikata l-konformità ta' fornitur tal-kapaċità ta' bbilanċjar mar-rekwiżiti stabbiliti mill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni;

(19) 

“kapaċità ta' riserva” tfisser l-ammont ta' riservi ta' konteniment tal-frekwenza, ta' riservi tar-restawr tal-frekwenza jew ta' riservi ta' sostituzzjoni li jeħtieġ li jkunu disponibbli għall-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni;

(20) 

“dispaċċ ta' prijorità” tfisser, firrigward tal-mudell tal-awtodispaċċ, id-dispaċċ tal-impjanti tal-elettriku abbażi ta' kriterji differenti mill-ordni ekonomika tal-offerti u b'rigward, il-mudell ta' dispaċċ ċentralizzat, id-dispaċċ ta'impjanti tal-enerġija abbażi ta'kriterji li huma differenti mill-ordni ekonomika tal-offerti u mil-limitazzjonijiet tan-netwerk li jagħtu prijorità lid-dispaċċ ta' ġenerazzjoni partikolari tat-teknoloġiji;

(21) 

“reġjun bil-kapaċità kalkolata” tfisser iż-żona ġeografika li fiha jiġi applikat il-kalkolu tal-kapaċità koordinata;

▼M2

(22) 

“mekkaniżmu ta’ kapaċità” tfisser miżura li tiżgura l-kisba tal-livell meħtieġ ta’ adegwatezza tar-riżorsi billi jiġu remunerati riżorsi għad-disponibbiltà tagħhom, bl-esklużjoni ta’ miżuri relatati ma’ servizzi anċillari jew mal-ġestjoni tal-konġestjoni;

▼B

(23) 

“koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja” tfisser koġenerazzjoni li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );

(24) 

“proġett ta' dimostazzjoni” tfisser proġett li juri teknoloġija bħala l-ewwel waħda tat-tip tagħha fl-Unjoni u li tirrappreżenta innovazzjoni sinifikanti li tmur lil hinn mit-teknoloġija l-aktar avvanzata;

(25) 

“parteċipant fis-suq” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, li qed tiġġenera, tixtri jew tbigħ l-elettriku, is-servizzi ta' rispons tad-domanda jew il-ħżin, inkluż it-tqegħid ta' ordnijiet għall-kummerċ, f'wieħed jew f'iktar mis-swieq tal-elettriku inkluż is-swieq tal-enerġija tal-ibbilanċjar;

(26) 

“dispaċċ mill-ġdid” tfisser miżura, inkluż tnaqqis, li hija attivata minn operatur wieħed jew aktar tas-sistema ta' trasmissjoni jew operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni permezz tal-modifika tal-mudell ta' ġenerazzjoni, tat-tagħbija, jew it-tnejn sabiex jinbidlu l-flussi fiżiċi fis-sistema tal-elettriku u tittaffa konġestjoni fiżika jew li tiġi żgurata s-sigurtà;

(27) 

“skambju kompensatorju” tfisser skambju transżonali mibdi minn operaturi tas-sistema bejn żewġ żoni tal-offerti biex tittaffa l-konġestjoni fiżika;

(28) 

“faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija” tfisser faċilità li taqleb l-enerġija primarja f'enerġija elettrika u li tikkonsisti f'modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija wieħed jew aktar konness ma' netwerk;

(29) 

“mudell ta' dispaċċ ċentralizzat” tfisser mudell ta' skedar u ta' dispaċċ fejn l-iskedi tal-ġenerazzjoni u l-iskedi tal-konsum, kif ukoll id-dispaċċ ta' faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija u faċilitajiet tad-domanda, b'referenza għall-faċilitajiet li jistgħu jkunu suġġetti għal dispaċċ, jiġu determinati minn operatur tas-sistema ta' trażmissjoni fi ħdan il-proċess integrat għall-iskedar;

(30) 

“mudell tal-awtodispaċċ” tfisser mudell ta' skedar u ta' dispaċċ fejn l-iskedi tal-ġenerazzjoni u l-iskedi tal-konsum, kif ukoll id-dispaċċ ta' faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija u faċilitajiet tad-domanda huma determinati mill-aġenti tal-iskedar ta' dawk il-faċilitajiet;

(31) 

“prodott standard tal-ibbilanċjar” tfisser prodott tal-ibbilanċjar armonizzat definit mill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjonikollha għall-iskambju ta' servizzi ta' bbilanċjar;

(32) 

“prodott speċifiku tal-ibbilanċjar” tfisser prodott ta' bbilanċjar differenti minn prodott standard ta' bbilanċjar;

(33) 

“operatur delegat” tfisser entità li lilha ġew delegati kompiti jew obbligi speċifiċi fdati lil operatur tas-sistema ta' trażmissjoni jew operatur nominat tas-suq tal-elettriku skont dan ir-Regolament jew kwalunkwe atti legali tal-Unjoni oħrajn minn dak l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni jew NEMO jew li ġew assenjati lilha minn Stat Membru jew awtorità regolatorja;

(34) 

“klijent” tfisser klijent kif iddefinit fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;

(35) 

“klijent finali” tfisser klijent finali kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;

(36) 

“klijent bl-ingrossa” tfisser klijent bl-ingrossa kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;

(37) 

“klijent domestiku” tfisser klijent domestiku kif definit fil-punt (4) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;

(38) 

“intrapriża żgħira” tfisser intrapriża żgħira kif definita fil-punt (7) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;

(39) 

“klijent attiv” tfisser klijent attiv kif definit fil-punt (8) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;

(40) 

“swieq tal-elettriku” tfisser swieq tal-elettriku kif definiti fil-punt (9) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;

(41) 

“provvista” tfisser provvista kif definita fil-punt (12) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;

(42) 

“kuntratt ta' provvista ta' elettriku” tfisser kuntratt ta' provvista ta' elettriku kif definit fil-punt (13) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;

(43) 

“aggregazzjoni” tfisser aggregazzjoni kif definita fil-punt (18) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;

(44) 

“rispons għad-domanda” tfisser rispons għad-domanda kif definit fil-punt (20) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;

(45) 

“sistema ta' kejl intelliġenti” tfisser sistema ta' kejl intelliġenti kif definit fil-punt (23) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;

(46) 

“interoperabilità” tfisser interoperabilità kif definita fil-punt (24) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;

(47) 

“distribuzzjoni” tfisser distribuzzjoni kif definita fil-punt (28) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;

(48) 

“operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni” tfisser operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni kif definit fil-punt (29) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;

(49) 

“effiċjenza tal-enerġija” tfisser effiċjenza tal-enerġija kif definita fil-punt (30) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;

(50) 

“enerġija minn sorsi rinnovabbli” jew “enerġija rinnovabbli” tfisser enerġija minn sorsi rinnovabbli kif definita fil-punt (31) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;

(51) 

“ġenerazzjoni distribwita” tfisser ġenerazzjoni distribwita kif definita fil-punt (32) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;

(52) 

“trażmissjoni” tfisser trażmissjoni kif definita fil-punt (34) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;

(53) 

“operatur tas-sistema ta' trasmissjoni” tfisser operatur tas-sistema ta' trasmissjoni kif definit fil-punt (35) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;

(54) 

“utent tas-sistema” tfisser utent tas-sistema kif definit fil-punt (36) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;

(55) 

“ġenerazzjoni” tfisser ġenerazzjoni kif definita fil-punt (37) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;

(56) 

“produttur” tfisser produttur kif definit fil-punt (38) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;

(57) 

“sistema interkonnessa” tfisser sistema interkonnessa kif definita fil-punt (40) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;

(58) 

“sistema iżolata żgħira” tfisser sistema iżolata żgħira kif definita fil-punt (42) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;

(59) 

“sistema żgħira konnessa” tfisser sistema żgħira konnessa kif definita fil-punt (43) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;

(60) 

“servizz anċillari” tfisser servizz anċillari kif definit fil-punt (48) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;

(61) 

“servizz anċillari mhux tal-frekwenza” tfisser servizz anċillari mhux tal-frekwenza kif definit fil-punt (49) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;

(62) 

“ħażna tal-enerġija” tfisser ħażna tal-enerġija kif definita fil-punt (59) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;

(63) 

“ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali” tfisser ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali kif stabbilit fl-Artikolu 35 ta' dan ir-Regolament;

(64) 

“suq tal-enerġija bl-ingrossa” tfisser suq tal-enerġija bl-ingrossa kif definit fil-punt (6) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );

(65) 

“żona tal-offerti” tfisser l-akbar żona ġeografika li fiha l-parteċipanti tas-suq ikunu jistgħu jinnegozjaw l-enerġija mingħajr allokazzjoni tal-kapaċità;

(66) 

“allokazzjoni tal-kapaċità” tfisser l-attribuzzjoni tal-kapaċità transżonali;

(67) 

“żona ta' kontroll” tfisser parti koerenti tas-sistema interkonnessa, imħaddma minn operatur waħdieni tas-sistema u għandha tinkludi t-tagħbijiet fiżiċi konnessi u/jew l-unitajiet tal-ġenerazzjoni, jekk ikun hemm;

(68) 

“kapaċità kkoordinata tat-trażmissjoni netta” tfisser metodu għall-kalkolu tal-kapaċità bbażat fuq il-prinċipju tal-valutazzjoni u tad-definizzjoni ex-ante ta' skambju kummerċjali ta' enerġija massima bejn żoni tal-offerti kontigwi;

(69) 

“element ta' netwerk kritiku” tfisser element ta' netwerk fi ħdan żona tal-offerti jew bejn iż-żoni tal-offerti meħuda f'kunsiderazzjoni fil-proċess ta' kalkolu tal-kapaċità, b'tali mod li jiġi llimitat l-ammont ta' enerġija li tista' tiġi skambjata;

(70) 

“kapaċità transżonali” tfisser kemm is-sistemi interkonnessi jkunu jistgħu jakkomodaw it-trasferiment tal-enerġija bejn iż-żoni tal-offerti;

(71) 

“unità ta' ġenerazzjoni” tfisser ġeneratur waħdieni tal-elettriku li jappartjeni għal unità ta' produzzjoni;

▼M2

(72) 

“siegħa l-aktar intensiva” tfisser siegħa fejn, abbażi tat-tbassir tal-operaturi ta’ sistema ta’ trażmissjoni u, fejn applikabbli, tan-NEMOs, il-konsum gross tal-elettriku jew il-konsum gross tal-elettriku ġġenerat minn sorsi għajr minn sorsi rinnovabbli jew il-prezz bl-ingrossa tal-elettriku ta’ ġurnata bil-quddiem huwa mistenni li jkun l-ogħla, filwaqt li jitqiesu l-iskambji transżonali;

(73) 

“trażżin tal-quċċata tad-domanda” tfisser il-kapaċità tal-parteċipanti fis-suq li jnaqqsu l-konsum tal-elettriku mill-grilja fis-sigħat l-aktar intensivi fuq talba tal-operatur ta’ sistema;

(74) 

“prodott għat-trażżin tal-quċċata tad-domanda” tfisser prodott ibbażat fuq is-suq li permezz tiegħu l-parteċipanti fis-suq jistgħu jipprovdu trażżin tal-quċċata tad-domanda lill-operaturi ta’ sistemi;

(75) 

“ċentru virtwali reġjonali” tfisser reġjun mhux fiżiku li jkopri aktar minn żona tal-offerti waħda li għaliha jiġi stabbilit prezz ta’ referenza fl-applikazzjoni ta’ metodoloġija;

(76) 

“kuntratt bidirezzjonali għad-differenza” tfisser kuntratt bejn operatur ta’ faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija u kontroparti, normalment entità pubblika, li jipprovdi kemm protezzjoni minima tar-remunerazzjoni kif ukoll limitu għar-remunerazzjoni eċċessiva;

(77) 

“ftehim dwar ix-xiri tal-enerġija” jew “PPA” tfisser kuntratt li taħtu persuna fiżika jew ġuridika taqbel li tixtri l-elettriku mingħand produttur tal-elettriku fuq bażi tas-suq;

(78) 

“strument tal-kejl dedikat” tfisser apparat marbut ma’ jew inkorporat f’assi li jipprovdi servizzi ta’ rispons tad-domanda jew ta’ flessibbiltà għad-domanda fis-suq tal-elettriku jew lill-operaturi ta’ sistema;

(79) 

“flessibbiltà” tfisser l-abbiltà ta’ sistema tal-elettriku li taġġusta għall-varjabbiltà tax-xejriet tal-ġenerazzjoni u tal-konsum u għad-disponibbiltà tal-grilja, matul il-perjodi ta’ żmien rilevanti tas-suq.

▼B

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0943
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.