+Artikolu 19a Ftehimiet dwar ix-xiri tal-enerġija
---+Artikolu 19a 1.
---+Artikolu 19a 2.
---+Artikolu 19a 3.
---+Artikolu 19a 4.
---+Artikolu 19a 5.
---+Artikolu 19a 6.
---+Artikolu 19a 7.
---+Artikolu 19a 8.
---+Artikolu 19a 9.
---+Artikolu 19a 10.

Artikolu 19a Ftehimiet dwar ix-xiri tal-enerġija

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 19a 1.
Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva (UE) 2018/2001, dwar il-promozzjoni ta’ sorsi rinnovabbli, l-Istati Membri għandhom jippromwovu l-użu ta’ PPAs, inkluż billi jneħħu ostakli mhux ġustifikati u proċeduri jew imposti sproporzjonati jew diskriminatorji, bil-ħsieb li jipprovdu prevedibbiltà tal-prezz u li jintlaħqu l-objettivi stipulati fil-pjan nazzjonali integrat tagħhom dwar l-enerġija u l-klima fir-rigward tad-dimensjoni ta’ dekarbonizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 4, il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2018/1999, inkluż fir-rigward tal-enerġija rinnovabbli, filwaqt li jippreservaw swieq tal-elettriku kompetittivi u likwidi u kummerċ transfruntier.
Artikolu 19a 2.
Meta twettaq ir-rieżami ta’ dan ir-Regolament f’konformità mal-Artikolu 69(2), il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, għandha tivvaluta l-potenzjal u l-vijabbiltà ta’ pjattaforma tas-suq tal-Unjoni waħda jew aktar għall-PPAs, li għandhom jintużaw fuq bażi volontarja, inkluż l-interazzjoni ta’ dawk il-pjattaformi potenzjali ma’ pjattaformi eżistenti oħra tas-suq tal-elettriku u l-ġbir flimkien tad-domanda għall-PPAs permezz tal-aggregazzjoni.
Artikolu 19a 3.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw, b’mod ikkoordinat, li strumenti bħal skemi ta’ garanzija bil-prezzijiet tas-suq biex inaqqsu r-riskji finanzjarji assoċjati ma’ inadempjenza fil-ħlas tal-akkwirent fil-qafas tal-PPAs ikunu fis-seħħ u aċċessibbli għall-klijenti li jiffaċċjaw ostakli għad-dħul fis-suq tal-PPAs u li ma jkunux f’diffikultà finanzjarja. Tali strumenti jistgħu jinkludu, fost oħrajn, skemi ta’ garanzija sostnuti mill-Istat bi prezzijiet tas-suq, garanziji privati, jew faċilitajiet li jiġbru flimkien id-domanda għall-PPAs, f’konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni. Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw koordinazzjoni xierqa, inkluż ma’ faċilitajiet rilevanti fil-livell tal-Unjoni. L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw il-kategoriji ta’ klijenti li jkunu fil-mira ta’ dawk l-istrumenti, billi japplikaw kriterji nondiskriminatorji bejn u fil-kategoriji tal-konsumaturi.
Artikolu 19a 4.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 107 u 108 TFUE, jekk skema ta’ garanzija għall-PPAs tkun appoġġata mill-Istat Membru, din għandha tinkludi dispożizzjonijiet biex jiġi evitat it-tnaqqis tal-likwidità fis-swieq tal-elettriku u m’għandhiex tipprovdi appoġġ għax-xiri ta’ ġenerazzjoni mill-fjuwils fossili. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jillimitaw dawk l-iskemi ta’ garanzija għall-appoġġ esklużiv tax-xiri ta’ elettriku minn ġenerazzjoni ġdida ta’ enerġija rinnovabbli f’konformità mal-politiki ta’ dekarbonizzazzjoni tal-Istat Membru, inkluż b’mod partikolari fejn is-suq għall-PPAs rinnovabbli kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (17), tad-Direttiva (UE) 2018/2001 ma jkunx żviluppat biżżejjed.
Artikolu 19a 5.
L-iskemi ta’ appoġġ għall-elettriku minn sorsi rinnovabbli għandhom jippermettu l-parteċipazzjoni ta’ proġetti li jirriżervaw parti mill-elettriku għall-bejgħ permezz ta’ PPA rinnovabbli jew arranġamenti oħra bbażati fuq is-suq, dment li tali parteċipazzjoni ma taffettwax b’mod negattiv il-kompetizzjoni fis-suq, b’mod partikolari meta ż-żewġ partijiet involuti f’dak il-PPA jkunu kkontrollati mill-istess entità.
Artikolu 19a 6.
Fit-tfassil tal-iskemi ta’ appoġġ imsemmija fil-paragrafu 5, l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jagħmlu użu minn kriterji ta’ evalwazzjoni biex jinċentivaw lill-offerenti jiffaċilitaw l-aċċess tal-klijenti li jiffaċċjaw ostakli għad-dħul fis-suq tal-PPAs, dment li dak ma jaffettwax b’mod negattiv il-kompetizzjoni fis-suq.
Artikolu 19a 7.
Il-PPAs għandhom jispeċifikaw iż-żona tal-offerti tal-konsenja u r-responsabbiltà għall-iżgurar tad-drittijiet ta’ trażmissjoni transżonali f’każ ta’ bidla fiż-żona tal-offerti f’konformità mal-Artikolu 14.
Artikolu 19a 8.
Il-PPAs għandhom jispeċifikaw it-termini u l-kundizzjonijiet li skonthom il-klijenti u l-produtturi jistgħu joħorġu mill-PPAs, bħal kwalunkwe tariffa ta’ ħruġ applikabbli u perjodi ta’ avviż, f’konformità mal-liġi tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni.
Artikolu 19a 9.
L-Istati Membri, meta jfasslu miżuri li jaffettwaw direttament il-PPAs, għandhom jirrispettaw l-aspettattivi leġittimi possibbli u għandhom iqisu l-effett ta’ dawk il-miżuri fuq il-PPAs eżistenti u futuri.
Artikolu 19a 10.
Sal-31 ta’ Jannar 2026 u kull sentejn wara dan, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk jippersistux l-ostakli u jekk hemmx biżżejjed trasparenza fis-swieq tal-PPAs. Il-Kummissjoni tista’ tfassal gwida speċifika dwar it-tneħħija tal-ostakli fis-swieq tal-PPAs, inkluż proċeduri jew imposti sproporzjonati jew diskriminatorji.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0943
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.