+Artikolu 19e 7.

Artikolu 19e 7.

L-awtorità regolatorja jew awtorità jew entità oħra maħtura skont il-paragrafu 1, għandha tippreżenta r-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni u lill-ACER u għandha tippubblikahom. Fi żmien 12-il xahar minn meta tirċievi r-rapporti, l-ACER għandha toħroġ rapport fejn tanalizzahom u tipprovdi rakkomandazzjonijiet dwar kwistjonijiet ta’ rilevanza transfruntiera rigward is-sejbiet tal-awtorità regolatorja jew ta’ awtorità jew entità oħra maħtura skont il-paragrafu 1, inkluż rakkomandazzjonijiet dwar it-tneħħija ta’ ostakli għad-dħul ta’ riżorsi ta’ flessibbiltà mhux fossili.

Fost il-kwistjonijiet ta’ rilevanza transfruntiera, l-ACER għandha tivvaluta:

(a) 

kif tiġi integrata aħjar l-analiżi tal-ħtiġijiet ta’ flessibbiltà msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu mal-metodoloġija għall-valutazzjoni Ewropea dwar l-adegwatezza tar-riżorsi f’konformità mal-Artikolu 23 u l-metodoloġija għall-pjan ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha, filwaqt li tiġi żgurata konsistenza bejniethom;

(b) 

il-ħtiġijiet ta’ flessibbiltà stmati fis-sistema tal-elettriku fil-livell tal-Unjoni u l-potenzjal ekonomikament disponibbli previst tagħha għal perjodu tal-5 sa 10 snin li jmiss filwaqt li jitqiesu r-rapporti nazzjonali;

(c) 

l-introduzzjoni potenzjali ta’ aktar miżuri biex jiġi sfruttat il-potenzjal ta’ flessibbiltà fis-swieq tal-elettriku u t-tħaddim tas-sistema.

Ir-riżultati tal-analiżi msemmija fit-tieni subparagrafu, il-punt (a) jistgħu jitqiesu f’reviżjonijiet ulterjuri tal-metodoloġiji msemmija f’dak il-punt f’konformità mal-atti legali rilevanti tal-Unjoni.

Il-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima jista’, fuq inizjattiva tiegħu stess, jipprovdi input lill-ACER dwar kif tiġi żgurata konformità mal-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u mal-objettiv tan-newtralità klimatika tagħha sal-2050.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0943
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.