|
+Artikolu 19h Prinċipji ta’ tfassil għall-iskemi ta’ appoġġ għall-flessibbiltà mhux fossili |
Artikolu 19h Prinċipji ta’ tfassil għall-iskemi ta’ appoġġ għall-flessibbiltà mhux fossiliArtikolu 19h Prinċipji ta’ tfassil għall-iskemi ta’ appoġġ għall-flessibbiltà mhux fossili L-iskemi ta’ appoġġ għall-flessibbiltà mhux fossili applikati mill-Istati membri f’konformità mal-Artikolu 19g(1) għandhom:
(a)
ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb l-objettiv nazzjonali indikattiv, jew fejn rilevanti l-objettiv nazzjonali indikattiv proviżorju, definit skont l-Artikolu 19f b’mod kosteffettiv;
(b)
ikunu limitati għal investiment ġdid f’riżorsi ta’ flessibbiltà mhux fossili bħar-rispons min-naħa tad-domanda u l-ħżin tal-enerġija;
(c)
iqisu kriterji lokazzjonali biex jiġi żgurat li l-investimenti f’kapaċità ġdida jseħħu fl-aħjar postijiet;
(d)
ma jimplikawx ġenerazzjoni inizjali bbażata fuq il-fjuwils fossili li tinsab wara l-punt ta’ kejl;
(e)
jagħżlu l-fornituri tal-kapaċità permezz ta’ proċess miftuħ, trasparenti, kompetittiv, volontarju, nondiskriminatorju u kosteffettiv;
(f)
jipprevjenu distorsjonijiet bla bżonn għall-funzjonament effiċjenti tas-swieq tal-elettriku inkluż il-preservazzjoni ta’ inċentivi għal tħaddim effiċjenti u sinjali tal-prezzijiet u l-iskopertura għall-varjazzjoni fil-prezzijiet u għar-riskju tas-suq;
(g)
jipprovdu inċentivi għall-integrazzjoni fis-swieq tal-elettriku b’mod ibbażat fuq is-suq u b’mod li jirrispondi għas-suq, filwaqt li jiġu evitati distorsjonijiet bla bżonn tas-swieq tal-elettriku kif ukoll jitqiesu l-kostijiet possibbli tal-integrazzjoni tas-sistema u l-konġestjoni u l-istabbiltà tal-grilja;
(h)
jistabbilixxu livell minimu ta’ parteċipazzjoni fis-swieq tal-elettriku f’termini ta’ enerġija attivata, li jqis l-ispeċifiċitajiet tekniċi tal-assi li jwassal il-flessibbiltà;
(i)
japplikaw penali xierqa għall-fornituri tal-kapaċità li ma jirrispettawx il-livell minimu ta’ parteċipazzjoni fis-swieq tal-elettriku msemmi fil-punt (h), jew li ma jsegwux l-inċentivi għal tħaddim effiċjenti u s-sinjali tal-prezzijiet imsemmija fil-punt (f);
(j)
jippromwovu l-ftuħ tal-parteċipazzjoni transfruntiera ta’ dawk ir-riżorsi li huma kapaċi jipprovdu l-prestazzjoni teknika meħtieġa, fejn l-analiżi kost-benefiċċji tkun pożittiva. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|