|
+Artikolu 35 1. |
Artikolu 35 1.Sal-5 ta' Lulju 2020, l-operaturi kollha tas-sistema ta' trażmissjoni ta' reġjun ta' tħaddim tas-sistema għandhom jipreżentaw lill-awtoritajiet regolatorji rispettivi proposta għall-istabbiliment ta' ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali lill-awtoritajiet regolatorji kkonċernati skont il-kriterji definit f'dan il-Kapitolu. L-awtoritajiet regolatorji tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema għandhom jirrieżaminaw u japprovaw il-proposta. Il-proposta għandha tinkludi l-elementi li ġejjin:
(a)
l-Istat Membru li fih tkun tinsab is-sede prospettiva taċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali u l-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoniparteċipanti;
(b)
l-arranġamenti organizzattivi, finanzjarji u operazzjonali neċessarji sabiex jiġi żgurat it-tħaddim effiċjenti, sigur u affidabbli tas-sistema ta' trażmissjoni interkonnessa;
(c)
pjan ta' implimentazzjoni biex jibdew joperaw iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali;
(d)
l-istatuti u r-regoli ta' proċedura taċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali;
(e)
deskrizzjoni tal-proċessi kooperattivi skont l-Artikolu 38;
(f)
deskrizzjoni tal-arranġamenti li jikkonċernaw ir-responsabbiltà taċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali skont l-Artikolu 47;
(g)
meta jkun hemm żewġ ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali operattivi fuq bażi ta' rotazzjoni skont l-Artikolu 36(2), deskrizzjoni tal-arranġamenti li jiddefinixxu r-responsabbiltajiet u l-proċeduri ċari dwar it-twettiq tal-kompiti tagħhom. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|