+Artikolu 35 L-istabbiliment u l-missjoni taċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali
---+Artikolu 35 1.
---+Artikolu 35 2.
---+Artikolu 35 3.
---+Artikolu 35 4.
---+Artikolu 35 5.
|
Artikolu 35 L-istabbiliment u l-missjoni taċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 35 1.
|
Sal-5 ta' Lulju 2020, l-operaturi kollha tas-sistema ta' trażmissjoni ta' reġjun ta' tħaddim tas-sistema għandhom jipreżentaw lill-awtoritajiet regolatorji rispettivi proposta għall-istabbiliment ta' ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali lill-awtoritajiet regolatorji kkonċernati skont il-kriterji definit f'dan il-Kapitolu. L-awtoritajiet regolatorji tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema għandhom jirrieżaminaw u japprovaw il-proposta. Il-proposta għandha tinkludi l-elementi li ġejjin:
(a)
l-Istat Membru li fih tkun tinsab is-sede prospettiva taċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali u l-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoniparteċipanti;
(b)
l-arranġamenti organizzattivi, finanzjarji u operazzjonali neċessarji sabiex jiġi żgurat it-tħaddim effiċjenti, sigur u affidabbli tas-sistema ta' trażmissjoni interkonnessa;
(c)
pjan ta' implimentazzjoni biex jibdew joperaw iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali;
(d)
l-istatuti u r-regoli ta' proċedura taċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali;
(e)
deskrizzjoni tal-proċessi kooperattivi skont l-Artikolu 38;
(f)
deskrizzjoni tal-arranġamenti li jikkonċernaw ir-responsabbiltà taċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali skont l-Artikolu 47;
(g)
meta jkun hemm żewġ ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali operattivi fuq bażi ta' rotazzjoni skont l-Artikolu 36(2), deskrizzjoni tal-arranġamenti li jiddefinixxu r-responsabbiltajiet u l-proċeduri ċari dwar it-twettiq tal-kompiti tagħhom.
|
|
Artikolu 35 2.
|
Wara l-approvazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-proposta msemmija fil-paragrafu 1, iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jissostitwixxu lill-koordinaturi reġjonali tas-sigurtà stabbiliti skont l-Linja Gwida dwar it-Tħaddim tas-Sistema adottata abbażi tal-Artikolu 18(5) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 u għandhom jibdew joperaw mill-1 ta' Lulju 2022.
|
|
Artikolu 35 3.
|
Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom ikunu organizzati f'forma ġuridika kif imsemmi fl-Anness A tad-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
15
).
|
|
Artikolu 35 4.
|
Fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom skont l-liġi tal-Unjoni, iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jaġixxu b'mod indipendenti mill-interessi nazzjonali individwali u b'mod indipendenti mill-interessi tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni.
|
|
Artikolu 35 5.
|
Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jikkomplementaw ir-rwol tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni billi jwettqu l-kompiti ta' rilevanza reġjonali assenjati lilhom f'konformità mal-Artikolu 37. L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom ikunu responsabbli għall-ġestjoni tal-flussi tal-elettriku u għall-iżgurar ta' sistema tal-elettriku sigura, affidabbli u effiċjenti skont punt (d) ta-Artikolu 40(1) tad-Direttiva (UE) 2019/944.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0943
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|