+Artikolu 46 Sorveljanza u rappurtar
---+Artikolu 46 1.
---+Artikolu 46 2.
---+Artikolu 46 3.
---+Artikolu 46 4.
---+Artikolu 46 5.

Artikolu 46 Sorveljanza u rappurtar

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 46 1.

Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jistabbilixxu proċess għas-sorveljanza kontinwa ta' mill-inqas:

(a) 

il-prestazzjoni operazzjonali tagħhom;

(b) 

l-azzjonijiet koordinati u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa, sa fejn l-azzjonijiet u l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet koordinati u rakkomandazzjonijiet ġew implimentati mill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni u r-riżultati miksuba; '

(c) 

l-effettività u l-effiċjenza ta' kull waħda mill-kompiti li huma responsabbli għalihom u, fejn, applikabbli, ir-rotazzjoni ta' dawk il-kompiti.

Artikolu 46 2.
Iċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom jagħtu kont tal-kostijiet tagħhom b'mod trasparenti u jirrappurtawhom lill-ACER u lill-awtoritajiet regolatorji fir-reġjun ta' tħaddim tas-sistema.
Artikolu 46 3.
Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jippreżentaw rapport annwali dwar ir-riżultat tal-monitoraġġ previst fil-paragrafu 1 u informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom lill-ENTSO għall-Elettriku, lill- ACER, lill-awtoritajiet regolatorji tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema u lill-Grupp għall-Koordinazzjoni tal-Elettriku..
Artikolu 46 4.
Iċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom jirrappurtaw kwalunkwe nuqqas li jidentifikaw fil-proċess ta' monitoraġġ taħt il-paragrafu lill-ENTSO għall-Elettriku, lill-awtoritajiet regolatorji tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema, lill- ACERu lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra tal-Istati Membri responsabbli mill-prevenzjoni u mill-ġestjoni tas-sitwazzjonijiet ta' kriżi. Abbażi ta' dak ir-rapport, l-awtoritajiet regolatorji rilevanti tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema jistgħu jipproponu miżuri biex jindirizzaw in-nuqqasijiet fiċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali.
Artikolu 46 5.
Mingħajr preġudizzju għal-ħtieġa li tiġi protetta s-sigurtà u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva, iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jippubblikaw ir-rapporti msemmija fil-paragrafi 3 u 4.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0943
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.