+Artikolu 53 L-istabbiliment tal-entità tal-UE għad-DSO
---+Artikolu 53 1.
---+Artikolu 53 2.
---+Artikolu 53 3.
---+Artikolu 53 4.
---+Artikolu 53 5.
---+Artikolu 53 6.
---+Artikolu 53 7.

Artikolu 53 L-istabbiliment tal-entità tal-UE għad-DSO

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 53 1.
L-entità tal-UE għad-DSO għandha tikkonsisti, mill-inqas, minn assemblea ġenerali, bord tad-diretturi, grupp strateġiku ta' konsulenti, gruppi ta' esperti u segretarju ġenerali.
Artikolu 53 2.
Sal-5 ta' Lulju 2020, l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni u lill-ACER l-abbozz tal-istatuti f'konformità mal-Artikolu 54, inkluż kodiċi ta' kondotta, lista tal-membri rreġistrati, l-abbozz tar-regoli ta' proċedura, inklużi r-regoli tal-proċeduri tal-konsultazzjoni mal-ENTSO tal-Elettriku u partijiet ikkonċernati oħra u r-regoli għall-iffinanzjar, sabiex tiġi stabbilita l-entità tal-UE għad-DSO.

L-abbozz tar-regoli ta' proċedura tal-entità tal-UE għad-DSO għandu jiżgura rappreżentanza bbilanċjata tal-parteċipanti kollha tal-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni.

Artikolu 53 3.
Fi żmien xahrejn mill-wasla tal-abbozz tal-istatuti, il-lista tal-membri u l-abbozz tar-regoli ta' proċedura, l-ACER għandha tagħti l-opinjoni tagħha lill-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-partijiet ikkonċernati kollha, b'mod partikolari lill-utenti tas-sistema ta' distribuzzjoni.
Artikolu 53 4.
Fi żmien tliet xhur mill-wasla tal-opinjoni tal-ACER, il-Kummissjoni għandha tagħti opinjoni dwar l-abbozz tal-istatuti, il-lista tal-membri u l-abbozz tar-regoli ta' proċedura, filwaqt li tqis l-opinjoni tal-ACER kif prevista fil-paragrafu 3.
Artikolu 53 5.
Fi żmien tliet xhur mill-wasla tal-opinjoni pożittiva tal-Kummissjoni, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jistabbilixxu entità tal-UE għad-DSO u għandhom jadottaw u jippubblikaw l-istatuti u r-regoli ta' proċedura tagħha.
Artikolu 53 6.
Id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni u lill-ACER fejn ikun hemm bidliet fihom jew fuq talba motivata ta' kwalunkwe waħda minnhom. Il-Kummissjoni u l-ACER għandhom jagħtu l-opinjoni tagħhom f'konformità mal-proċess stabbilit fil-paragrafi 2, 3 u 4.
Artikolu 53 7.
Il-kostijiet relatati mal-attivitajiet tal-entità tal-UE għad-DSO għandhom jiġġarbu mill-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni li huma membri rreġistrati u għandhom jitqiesu fil-kalkolu tat-tariffi. L-awtoritajiet regolatorji għandhom japprovaw biss il-kostijiet li huma raġonevoli u proporzjonati.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0943
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.